Impjegati fil-qasam tal-Kura ta' l-Anzjani jattendu kors intesiv f'Ghawdex
PR984
27/05/1997
| Is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex Dr Anton Refalo, dalghodu | indirizza lil grupp ta' erbatax-il partecipant li bdew kors dwar il-kura u servizzi ghall-anzjani. Il-kors, li se jkun ghaddej fis-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex din il-gimgha u parti mill-gimgha d-diehla, huwa organizzat mill-International Institute on Ageing (United Nations - Malta) (INIA), bil-kollaborazzjoni tas-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex. |
| L-iskop ta' dan il-kors huwa li haddiema fil-qasam tal-kura ta' l-anzjani | jkunu jistghu jiddiskutu aspetti dwar l-anzjanita' f'Ghawdex. Il-partecipanti tal-kors se jkunu indirizzati minn sittax-il espert f'dan il-qasam, erbgha minnhom huma professjonisti ta' fama internazzjonali fil-qasam ta' l-anzjanita'. Din l-inizjattiva hija kkoordinata mid-Deputat Direttur ta' l-INIA, Dr.Julian Mamo. |
| Meta laqa' lill-partecipanti, is-Segretarju Parlamentari Dr Anton | Refalo qal li r-realta' socjali f'Ghawdex titlob li korsijiet bhal dawn ikunu nkoraggiti u mghejjuna jizviluppaw. Huwa qal li 20 fil-mija tal-popolazzjoni Ghawdxija qabzet is-sittin sena, imqabbla ma' 16 fil-mija tal-popolazzjoni f'Malta. Din is-sitwazzjoni tpoggi lil Ghawdex fost iz-zoni l-iktar anzjani fl-Ewropa u bla dubju bhala l-gzira bl-iktar popolazzjoni anzjana fir-regjun. Dr Refalo qal li korsijiet ta' dan it-tip iridu jisfruttaw metodi ezistenti fil-kura ta' l-anzjani u joholqu bilanc tajjeb bejn is-servizzi offruti mill-Istat u dawk ferm importanti li toffri l-komunita'. |
| Kopja shiha tad-diskors ta' Dr Anton Refalo hija nkluza ma' din l-istqarrija, | flimkien ma' kopja tad-diskors ta' Dr George Hyzler, Direttur ta' l-International Institute on Ageing, li indirizza lill-partecipanti. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261901
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...
PR261900