Left arrow Go Back

Impjegati fil-qasam tal-Kura ta' l-Anzjani jattendu kors intesiv f'Ghawdex

PR984
Date Icon 27/05/1997
Is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex Dr Anton Refalo, dalghoduindirizza lil grupp ta' erbatax-il partecipant li bdew kors dwar il-kura u servizzi ghall-anzjani. Il-kors, li se jkun ghaddej fis-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex din il-gimgha u parti mill-gimgha d-diehla, huwa organizzat mill-International Institute on Ageing (United Nations - Malta) (INIA), bil-kollaborazzjoni tas-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex.
L-iskop ta' dan il-kors huwa li haddiema fil-qasam tal-kura ta' l-anzjanijkunu jistghu jiddiskutu aspetti dwar l-anzjanita' f'Ghawdex. Il-partecipanti tal-kors se jkunu indirizzati minn sittax-il espert f'dan il-qasam, erbgha minnhom huma professjonisti ta' fama internazzjonali fil-qasam ta' l-anzjanita'. Din l-inizjattiva hija kkoordinata mid-Deputat Direttur ta' l-INIA, Dr.Julian Mamo.
Meta laqa' lill-partecipanti, is-Segretarju Parlamentari Dr AntonRefalo qal li r-realta' socjali f'Ghawdex titlob li korsijiet bhal dawn ikunu nkoraggiti u mghejjuna jizviluppaw. Huwa qal li 20 fil-mija tal-popolazzjoni Ghawdxija qabzet is-sittin sena, imqabbla ma' 16 fil-mija tal-popolazzjoni f'Malta. Din is-sitwazzjoni tpoggi lil Ghawdex fost iz-zoni l-iktar anzjani fl-Ewropa u bla dubju bhala l-gzira bl-iktar popolazzjoni anzjana fir-regjun. Dr Refalo qal li korsijiet ta' dan it-tip iridu jisfruttaw metodi ezistenti fil-kura ta' l-anzjani u joholqu bilanc tajjeb bejn is-servizzi offruti mill-Istat u dawk ferm importanti li toffri l-komunita'.
Kopja shiha tad-diskors ta' Dr Anton Refalo hija nkluza ma' din l-istqarrija,flimkien ma' kopja tad-diskors ta' Dr George Hyzler, Direttur ta' l-International Institute on Ageing, li indirizza lill-partecipanti.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-MOBBILTÀ SOSTENIBBLI  Malta Miegħek: Titnieda l-Istrateġija Nazzjonali għaċ-Ċikliżmu 2026–2036

PR261900

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-MOBBILTÀ SOSTENIBBLI Malta Miegħek: Titnied...

More Press Releases Right arrow