Left arrow Go Back

Appogg ghall-inizjattivi ta' gruppi teatrali

PR977
Date Icon 26/05/1997
'Id-drama, it-teatrin jaghti sens ta' komunita' u huwa wkolldepozitarju ta' tradizzjonijiet u ta' kultura ta' poplu.'
Dan qalu s-Segretarju Parlamentari, l-Onor. Joe Cilia meta kien qedjitkellem fl-Oratorju ta' Birkirkara waqt attivita` li ttelghet mill-grupp teatrali Maratturi, fuq inizjattiva tas-Segretarjat Parlamentari ghaz-Zghazagh, Sport, Kultura u Arti, flimkien mal-Kunsill Lokali ta' Birkirkara mis-sensiela 'Teatru Ghal Kulhadd'.
L-Onor. Cilia beda biex qal kif il-Griegi tal-qedem kienu juzaw il-mediumtad-drama biex ikattru l-kultura Ellenika u biex mhux biss jedukaw il-poplu izda anke biex inisslu fih sens ta' komunita`.
L-Onor. Cilia kompla jenfasizza li hu l-hsieb tieghu li joffri kullappogg u kull ghajnuna ghall-inizjattivi bhal dawn ghax hija x-xewqa tieghu li titkattar il-partecipazzjoni popolari, specjalment fost iz-zghazagh. Avvenimenti bhal dawn jaghtu lok ghall-amalgamazzjoni bejn zghazagh li ghadhom jibdew u atturi ohra b'izjed esperjenza, biex jibqghu hajjin it-tradizzjonijiet popolari f'dan is-settur.
L-Onor. Cilia sahaq fuq il-htiega ta' attivitajiet kulturali bhaldawn, anke biex f'din l-era ta' bumbardament televisiv barrani bla waqfien tibqa' hajja x-xitla Maltija.
L-Onor. Cilia ghalaq billi radd hajr lil dawk kollha li tawsehemhom biex jinkiseb dan is-success.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-MOBBILTÀ SOSTENIBBLI  Malta Miegħek: Titnieda l-Istrateġija Nazzjonali għaċ-Ċikliżmu 2026–2036

PR261900

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-MOBBILTÀ SOSTENIBBLI Malta Miegħek: Titnied...

More Press Releases Right arrow