Zjara tan-Nadur Youngsters lis-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex
PR963
23/05/1997
| Il-President, membri tal-Kumitat u players tan-Nadur | Youngsters Football Club ghamlu zjara ta' kortesija lis-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex Dr Anton Refalo, fl-okkazjoni tar-rebha tal-kampjonat tal-futbol f'Ghawdex. |
| Id-Direttur tan-Nadur Youngsters, Eucharist Camilleri, qal | li b'din il-laqgha l-klabb tieghu ried juri l-apprezzament ghall-hidma u l-koperazzjoni li tezisti bejn il-klabb u s-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex. Huwa rrefera ghax-xoghol li qed isir bil-kollaborazzjoni tas-Segretarjat, fuq id-dressing rooms tal-klabb u li dalwaqt jitlesta. |
| Dr Anton Refalo rrefera ghall-importanza li l-Gvern prezenti qed | jaghti lill-qasam sportiv u konformi ma' dan, is-Segretarjat tieghu huwa mpenjat li jghin lill-klabbs fil-bzonnijiet taghhom. Dr Refalo fahhar l-ghaqda li tezisti bejn il-Kumitat u l-players tat-team, li huwa qal tirrifletti s-success miksub dan l-ahhar. Dr Refalo rringrazzja lin-Nadur Youngsters taz-zjara li ghamlulu u awguralhom iktar success fl-attivitajiet taghhom ghaliex b'hidmiethom ikunu jaghtu servizz mhux biss lin-Nadur izda wkoll lil Ghawdex. |
| Din il-gimgha wkoll, is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex kien | prezenti ma' membri tan-Nadur Youngsters Football Club li marru jaghtu d-demm fil-blood donation unit ta' l-Isptar Generali. Din l-inizjattiva kienet parti mill-programm li l-klabb tal-futbol organizza biex jiccelebra r-rebha tal-kampjonat. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261912
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...
PR261911