Left arrow Go Back

Zjara tan-Nadur Youngsters lis-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex

PR963
Date Icon 23/05/1997
Il-President, membri tal-Kumitat u players tan-NadurYoungsters Football Club ghamlu zjara ta' kortesija lis-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex Dr Anton Refalo, fl-okkazjoni tar-rebha tal-kampjonat tal-futbol f'Ghawdex.
Id-Direttur tan-Nadur Youngsters, Eucharist Camilleri, qalli b'din il-laqgha l-klabb tieghu ried juri l-apprezzament ghall-hidma u l-koperazzjoni li tezisti bejn il-klabb u s-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex. Huwa rrefera ghax-xoghol li qed isir bil-kollaborazzjoni tas-Segretarjat, fuq id-dressing rooms tal-klabb u li dalwaqt jitlesta.
Dr Anton Refalo rrefera ghall-importanza li l-Gvern prezenti qedjaghti lill-qasam sportiv u konformi ma' dan, is-Segretarjat tieghu huwa mpenjat li jghin lill-klabbs fil-bzonnijiet taghhom. Dr Refalo fahhar l-ghaqda li tezisti bejn il-Kumitat u l-players tat-team, li huwa qal tirrifletti s-success miksub dan l-ahhar. Dr Refalo rringrazzja lin-Nadur Youngsters taz-zjara li ghamlulu u awguralhom iktar success fl-attivitajiet taghhom ghaliex b'hidmiethom ikunu jaghtu servizz mhux biss lin-Nadur izda wkoll lil Ghawdex.
Din il-gimgha wkoll, is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex kienprezenti ma' membri tan-Nadur Youngsters Football Club li marru jaghtu d-demm fil-blood donation unit ta' l-Isptar Generali. Din l-inizjattiva kienet parti mill-programm li l-klabb tal-futbol organizza biex jiccelebra r-rebha tal-kampjonat.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Enerġija affordabbli ma teżisti imkien ħlief f’Malta u l-garanzija tagħna tibqa’ prezzijiet tal-enerġija stabbli” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261912

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI

PR261911

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

More Press Releases Right arrow