Left arrow Mur Lura

Infurzar tar-regolamenti dwar abbuz ta' hruq tan-nar fl-abitat

PR943
Date Icon 21/05/1997
Il-Pulizija qieghda tiehu l-passi li taghtiha l-Ligi biex thaddemir-regolamenti ezistenti li jirregolaw il-hruq tan-nar fl-abitat. Dan qieghed isir biex jigu evitati incidenti koroh minhabba l-abbuz tal-Ligi li fihom iwegghu u jindarbu nies innocenti. Minhabba dawn l-incidenti li setghu jigu evitati kien hemm bosta lmenti mill-pubbliku.
Ghal dan il-ghan il-pulizija qieghda tesigi li l-permessighall-hruq tan-nar jinhargu jekk il-post minn fejn jinghata n-nar ikun mhux anqas minn 200 metru 'l boghod minn post ta' abitazzjoni. Dan skond ir-regolamenti ezistenti. Ta' min jghid li meta dawn ir-regolamenti gew miksura jew injorati kien hemm incidenti koroh u sfaw midruba n-nies.
Il-Pulizija tgharraf ukoll li hija r-responsabbiltà ta' min ikollul-licenzja biex jahraq il-loghob tan-nar li jaghmel dak kollu li huwa mehtieg biex isib u jnehhi mill-inhawi madwar il-post dawk il-bombi jew murtali li ma jkunu hadu jew li ma jkunux splodew. Dan minhabba li dawn ukoll jistghu jwasslu biex iwegghu t-tfal li bl-innocenza kollha jmorru jilghabu f'dawk l-inhawi.
Il-Pulizija qieghda ttenni li bl-osservanza ta' dawn ir-regolamentil-festi tradizzjonali Maltin imorru ghall-ahjar, ghall-pjacir kemm tan-nies tal-lokal u kif ukoll ta' dawk li jmorru ghall-festa. B'hekk jigi zgurat li jitkattar il-ferh u l-briju li ghalih il-poplu ghandu kull dritt, bla ma jinholqu incidenti mhux mixtieqa li f'hafna kazi huma ta' periklu serju ghall-hajja tan-nies.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-MOBBILTÀ SOSTENIBBLI  Malta Miegħek: Titnieda l-Istrateġija Nazzjonali għaċ-Ċikliżmu 2026–2036

PR261900

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-MOBBILTÀ SOSTENIBBLI Malta Miegħek: Titnied...

Aktar Stqarrijiet Right arrow