Il-laqgha tas-self employed ser issir fil-Lukanda New Dolmen ta' Bugibba
PR942
21/05/1997
| Il-laqgha ta' informazzjoni dwar is-Sistema Gdida ta' Tassazzjoni | ta' ghada l-Hamis 22 ta' Mejju 1997 se ssir fil-Lukanda New Dolmen ta' Bugibba, minflok fil-Lukanda Gillieru kif ippjanata originarjament. |
| Dan qed isir biex ikunu jistghu jigu akkomodati n-nies li wrew l-intenzjoni | li jattendu ghal din il-laqgha. Il-laqgha tibda fis-7.30 ta' filghaxija. |
| L-ewwel laqgha ta' informazzjoni dwar is-Sistema l-Gdida ta' | Tassazzjoni saret il-bierah, it-Tlieta, fil-Mosta u ghaliha attendew ghadd kbir ta' self-employed u negozjanti li talbu aktar informazzjoni dwar is-sistema. |
| Il-Gvern qed jorganizza ghadd ta' laqghat ghas-self-employed | fi nhawi diversi ta'Malta u Ghawdex bil-ghan li tigi spjegata l-Ligi l-Gdida ta' Tassazzjoni. Dawn il-laqghat qed jigu mmexxija mill-Prim Ministru, Dr. Alfred Sant u l-Ministru tal-Finanzi u l-Kummerc, is-Sur Leo Brincat. |
Other Press Releases:
PR261901
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...
PR261900