Is-Segretarji Parlamentari ghal Ghawdex u ghad-Drittijiet tan-Nisa jiltaqghu ma' nisa Ghawdxin minn oqsma diversi tas-socjeta'
PR932
20/05/1997
| Saret laqgha bejn Helena Dalli, Segretarja Parlamentari | ghad-Drittijiet tan-Nisa u Dr. Anton Refalo, Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex ma' nisa Ghawdxin minn oqsma diversi tas-socjeta fis-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex. |
| Kif kien thabbar qabel mis-Segretarja Parlamentari ghad-Drittijiet | tan-Nisa, Ms Helena Dalli, f'seminar dwar il-mara Ghawdxija li sar f'Ghawdex fl-4 ta' April, 1997, inhatret persuna fis-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex, biex tressaq il-problemi partikulari tan-nisa Ghawdxin. Pass iehor ghandu jkun it-twaqqif ta' kumitat apposta. |
| Is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex qal li hu apprezza | l-inizzjattiva tas-Segretarja Parlamentari ghad-Drittijiet tan-Nisa ghax ihoss li jezistu problemi li huma partikulari ghan-nisa Ghawdxin. |
| Fost is-suggetti diskussi, kien hemm il-bzonn ta' aktar appogg | lill-familji fi krizi, specjalment bi problemi ta' vjolenza; li jkun hemm izjed koperazzjoni bejn il-volontarjat u d-dipartimenti tal-Gvern biex dan is-servizz jissahhah u tqajmet ukoll il-kwistjoni ta' courses ta' re-training li jsiru f'Malta u li nisa Ghawdxin li jahdmu u ghandhom responsabiltajiet familjari jsibuha difficcli biex jattendu ghalihom. Waqt din il-laqgha issemma' wkoll l-izvilupp ta' facilitajiet fejn jinzammu t-tfal ta' genituri li jahdmu barra mid-dar. |
| Sabiex dawn il-problemi u ohrajn jigu studjati aktar fil-fond, se | jsiru proposti ghal pjan ta' azzjoni bil-ghan li tittejjeb il-qaghda tan-nisa Ghawdxin. |
Other Press Releases:
PR261912
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...
PR261911