Partecipazzjoni ta' Malta fl-EXPO '98
PR929
20/05/1997
| Bejn Mejju u Settembru tal-1998, Malta se tiehu sehem fl-ahhar EXPO | Dinji (EXPO '98 LISBON) ta' dan is-seklu li se ssir f'Lisbona, il-Portugall. |
| It-tema ta' din l-EXPO '98 hija "L-Oceani, Patrimonju | ghall-Gejjieni" u ser tiffoka fuq l-importanza dejjem ikbar ta' l-ibhra ghall-ghixien tal-bniedem. L-EXPO '98 ser tittella fis-Sena Internazzjonali ta' l-Oceani u ser tfakkar il-500 anniversarju tal-vjagg storiku ghall-Indja tan-Navigatur Portugiz Vasco da Gama. |
| Huwa mistenni li aktar minn 150,000 vizitatur kuljum izuru din | l-EXPO matul l-erba' xhur illi ddum miftuha. L-EXPO '98 ser tlaqqa' flimkien xjenzati, politici u awtoritajiet ohra minn kull rokna tad-dinja, f'atmosfera ta' festa li izda turi wkoll impenn pozittiv ghall-gejjieni. |
| Il-kuntratt tal-partecipazzjoni ta' Malta f'din l-EXPO issa gie | iffirmat. L-ahhar darba li Malta hadet sehem f'wirja ta' dan il-kalibru kien fl-1970, meta Malta ippartecipat fl-EXPO '70 li kien sar fil-Gappun. |
Other Press Releases:
PR261901
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...
PR261900