Left arrow Mur Lura

Assigurazzjoni tal-kwalita' tal-prodotti ghall-esportazzjoni

PR927
Date Icon 20/05/1997
Espert Ingliz li jispecjalizza fl-assigurazzjoni tal-kwalita' ta'prodotti ta' l-ikel ghamel zjara f'Malta. Dan bil-ghan li jkompli joghla l-livell tal-prodott Malti kemm ghas-suq lokali kif ukoll ghall-esportazzjoni.
Din iz-zjara giet koordinata bejn il-Ministeru tal-Biedja u Sajd ul-Kumpanija M/M Exotics ta' l-Ingilterra li qed timporta hxejjex imkabbra f'Malta.
Matul iz-zjara tieghu f'Malta, is-Sur Jeffrey Hamman, tad-Ditta HammanAssociates ta' l-Ingilterra kellu diversi laqghat mal-Ministru tal-Biedja u Sajd, Noel Farrugia, kif ukoll ma' numru ta' bdiewa u pitkala. Hu ha l-okkazjoni wkoll li jzur ic-Centru tal-Pitkalija, f'Ta' Qali, kif ukoll diversi supermarkets u hwienet f'Malta.
Il-Ministru Farrugia qal li l-Ministeru qed jiehu l-passi kollhamehtiega biex jassigura li l-prodotti tal-biedja li jigu esportati minn Malta ghall-pajjizi Ewropej jkunu ta' l-aqwa livell u skond il-htigijiet tal-konsumaturi.
Il-Ministru Farrugia qal li is-Sur Jeffrey Hamman ghandu snin kbarta' esperjenza fil-qasam ta' l-assigurazzjoni tal-kwalita' ta' prodotti. Huwa hadem ghal bosta snin mad-ditta Marks and Spencer kif ukoll ma' supermarket chains maghrufa bhal Asda, Sainsbury u Tesco u ghandu esperjenza kemm f'prodotti tal-biedja kif ukoll hut, prodotti tat-tigieg u prodotti agrikoli manifatturati.
Il-Ministru Noel Farrugia sahaq fuq l-importanza li l-prodott Malti,kemm dak fl-istil naturali tieghu, kif ukoll dak mahdum, jkun ta' livell gholi u pprezentat lill-konsumtur b'mod attraenti u professjonali.
Il-Ministru temm jghid li s-Sur Jeffrey Hamman se jerga' jigi Maltafil-futur biex flimkien ma' l-ufficjali ta' l-Extension Service tad-Dipartiment ikompli jaghti pariri siewja lill-produtturi u esportaturi Maltin f'dan il-qasam hekk importanti.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-MOBBILTÀ SOSTENIBBLI  Malta Miegħek: Titnieda l-Istrateġija Nazzjonali għaċ-Ċikliżmu 2026–2036

PR261900

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-MOBBILTÀ SOSTENIBBLI Malta Miegħek: Titnied...

Aktar Stqarrijiet Right arrow