Seminar dwar l-Industrija tal-Manifattura f'Ghawdex
PR922
19/05/1997
| Il-Prim Ministru, Dr. Alfred Sant indirizza Seminar | f'Ghawdex bit-tema 'Sfidi u Soluzzjonijiet ghas-Settur tal-Manifattura f'Ghawdex'. Is-Seminar, li sar nhar is-Sibt 17 ta' Mejju, kien organizzat mill-Fondazzjoni Anton Buttigieg u mill-Fondazzjoni Mikiel Anton Vassalli. |
| Is-Seminar ipprova jidentifika permezz ta' kelliema ewlenin, | il-problemi tal-qasam tal-manifattura fil-gzira u l-isfidi li dan is-settur irid jiffacja fil-futur. |
| Il-Prim Ministru qal li l-Gvern tieghu jemmen li l-industrija | f'Ghawdex ghandha potenzjal u ghandha futur. Huwa qal li l-potenzjal uman fil-gzira huwa rizors mill-iktar importanti u ghandu jinghata kull spazju u possibilta' biex jizviluppa. Il-Prim Ministru qal li l-periferalita' ta' Ghawdex hija problema izda jekk ma jkunx hemm inizjattiva personali lanqas ma jista' jkun hemm progress. |
| Dr.Alfred Sant qal li l-Gvern lest li jaghti kull ghajnuna lil | operaturi li juru inizjattiva favur l-izvilupp ta' dan il-qasam. Huwa tkellem dwar kif il-progress ekonomiku f'Ghawdex huwa integrat u ghalhekk hemm bzonn li iktar turisti li jzuru Malta jzuru wkoll Ghawdex ghaliex b'dan il-mod igawdi wkoll is-settur industrijali. |
| Fis-seminar tkellem ukoll is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex, | Dr.Anton Refalo li rrefera ghal dawk li sejjah problemi li tiffacja l-attivita' ekonomika t'Ghawdex minhabba d-distanza minn swieq kbar u b'sahhithom. Huwa qal li l-Gvern jirrikonoxxi din is-sitwazzjoni u wkoll il-bzonn li jitjiebu l-kundizzjonijiet ta' trasport bejn Malta u Ghawdex, kif jistqarr il-Programm Elettorali. |
| Dr.Refalo emfasizza l-htiega ta' diversifikazzjoni ikbar | fl-attivita' industrijali u qal li d-dipendenza fuq numru zghir ta' fabbriki li l-parti l-kbira taghhom huma tat-tessuti, tqieghed l-impiegi ta' dan is-settur f'qaghda vulnerabbli ghal kull caqliq li jsehh barra minn Malta. Ghalhekk, qal Dr.Refalo, huwa importanti li l-istruttura industrijali tkun imwessa' u ffokata fuq attivitajiet li huma sostenibbli, mill-aspett ekonomiku kif ukoll minn dak ambjentali. |
| Parti mill-hidma tal-Gvern favur l-industrija f'Ghawdex tinkludi | t-tkabbir tas-servizzi fil-gzira mill-Korporazzjoni Maltija ghall-Izvilupp filwaqt li qed ikun identifikat ukoll x'ghajnuna tista' toffri l-Malta Export Trade Corporation. Sadanittant hemm pjanijiet ghal zoni godda f'Ghawdex, li jistghu jigu zviluppati f'oqsma ghall-industriji z-zghar. |
| Kelliema ohra fis-Seminar kienu l-Ministru ta' l-Industrija | Dr.John Attard Montalto, il-Professur Lino Briguglio, is-Sur John Magro f'isem Magro Group u rapprezentant tal-Kumpanija Merit (Malta) li topera mill-qasam industrijali tax-Xewkija. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261901
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...
PR261900