Iffirmat ftehim bejn l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku u l-Gozo Bus Owners' Association
PR921
19/05/1997
| Fis-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex, nhar is-Sibt 17 ta' | Mejju, íie ffirmat ftehim bejn l-Awtorita' tat-Trasport Pubbliku u l-Gozo Bus Owners Association(GBOA). Ghal dan l-iffirmar kien prezenti wkoll il-Prim Ministru Dr.Alfred Sant. |
| Fil-ftehim, l-Awtorita' tat-Trasport Pubbliku approvat il-hrug ta' | licenzji ghal coach wiehed addizzjonali ghal kull coach li jezisti bhalissa f'Ghawdex. |
| Is-sidien membri fil-GBOA inghataw perjodu ta' konsolidament | sas-sena 2000 meta l-Gvern jista' jikkunsidra l-liberalizzazzjoni tas-servizz bla skeda. |
| Dan il-ftehim gie ffirmat mill-Onorevoli Joe Debono Grech - | Ministru ghat-Trasport u Portijiet, mill-Onorevoli Dr.Anton Refalo - Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex, mis-Sur Reno Calleja- Chairman ta' l-Awtorita' tat-Trasport Pubbliku u minn Dr.Chris Said u s-Sur Amabile Zammit - rispettivament Segretarju u Chairman tal-GBOA. |
| Il-partijiet kollha firmatarji qablu dwar l-importanza ta' dan | il-ftehim li ghandu jtejjeb is-servizz ta' trasport pubbliku f'Ghawdex, kemm dak bi skeda kif ukoll dak bla skeda. Dr.Chris Said qal li jittama li l-awtoritajiet koncernati jibqghu jikkoperaw mal-GBOA biex filwaqt li jkun assigurat livell gholi fis-servizz ipprovdut mill-Assocjazzjoni, jitharsu wkoll l-interessi tas-sidien tal-karozzi. |
| Min-naha tieghu l-Ministru Joe Debono Grech wera apprezzament | ghall-koperazzjoni li ntweriet fid-dikussjonijiet li saru biex seta' jintlahaq dan il-ftehim. Huwa qal li hija l-intenzjoni tal-Gvern li jifli mill-qrib il-problema tat-tours ghat-turisti f'Ghawdex li qed jigu diretti dejjem lejn postijiet partikolari b'detriment ghall-ekonomija tal-gzira. |
| Is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex Dr.Anton Refalo irrefera | ghar-relazzjoni ta' koperazzjoni u diskussjoni li tezisti bejn l-awtoritajiet governattivi u s-sidien tal-karozzi. Huwa qal li din it-tip ta' relazzjoni hija importanti biex dan is-settur partikolari jimxi 'l quddiem u jkunu jistghu jigu identifikati f'waqthom problemi li jistghu jfixklu l-kwalita' tas-servizz. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261911
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261910