Left arrow Go Back

Iffirmat ftehim bejn l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku u l-Gozo Bus Owners' Association

PR921
Date Icon 19/05/1997
Fis-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex, nhar is-Sibt 17 ta'Mejju, íie ffirmat ftehim bejn l-Awtorita' tat-Trasport Pubbliku u l-Gozo Bus Owners Association(GBOA). Ghal dan l-iffirmar kien prezenti wkoll il-Prim Ministru Dr.Alfred Sant.
Fil-ftehim, l-Awtorita' tat-Trasport Pubbliku approvat il-hrug ta'licenzji ghal coach wiehed addizzjonali ghal kull coach li jezisti bhalissa f'Ghawdex.
Is-sidien membri fil-GBOA inghataw perjodu ta' konsolidamentsas-sena 2000 meta l-Gvern jista' jikkunsidra l-liberalizzazzjoni tas-servizz bla skeda.
Dan il-ftehim gie ffirmat mill-Onorevoli Joe Debono Grech -Ministru ghat-Trasport u Portijiet, mill-Onorevoli Dr.Anton Refalo - Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex, mis-Sur Reno Calleja- Chairman ta' l-Awtorita' tat-Trasport Pubbliku u minn Dr.Chris Said u s-Sur Amabile Zammit - rispettivament Segretarju u Chairman tal-GBOA.
Il-partijiet kollha firmatarji qablu dwar l-importanza ta' danil-ftehim li ghandu jtejjeb is-servizz ta' trasport pubbliku f'Ghawdex, kemm dak bi skeda kif ukoll dak bla skeda. Dr.Chris Said qal li jittama li l-awtoritajiet koncernati jibqghu jikkoperaw mal-GBOA biex filwaqt li jkun assigurat livell gholi fis-servizz ipprovdut mill-Assocjazzjoni, jitharsu wkoll l-interessi tas-sidien tal-karozzi.
Min-naha tieghu l-Ministru Joe Debono Grech wera apprezzamentghall-koperazzjoni li ntweriet fid-dikussjonijiet li saru biex seta' jintlahaq dan il-ftehim. Huwa qal li hija l-intenzjoni tal-Gvern li jifli mill-qrib il-problema tat-tours ghat-turisti f'Ghawdex li qed jigu diretti dejjem lejn postijiet partikolari b'detriment ghall-ekonomija tal-gzira.
Is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex Dr.Anton Refalo irreferaghar-relazzjoni ta' koperazzjoni u diskussjoni li tezisti bejn l-awtoritajiet governattivi u s-sidien tal-karozzi. Huwa qal li din it-tip ta' relazzjoni hija importanti biex dan is-settur partikolari jimxi 'l quddiem u jkunu jistghu jigu identifikati f'waqthom problemi li jistghu jfixklu l-kwalita' tas-servizz.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI

PR261911

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI  Inawgurata l-Librerija Pubblika tal-Imsida f’ambjent ġdid u aktar modern għall-istudenti u l-komunità

PR261910

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAL...

More Press Releases Right arrow