Left arrow Mur Lura

Xoghlijiet pubblici fid-Dipartimenti tal-Casualty u ta' l-Emergenza fl-Isptar Generali ta' Ghawdex

PR911
Date Icon 16/05/1997
Bhalissa ghaddejja hidma ta' xoghlijiet fid-Dipartiment tal-Casualty,fl-Isptar Generali ta' Ghawdex. Din il-hidma qed issir fuq konsultazzjonijiet u rakkomandazzjonijiet ta' Kumitat li gie mwaqqaf dan l-ahhar fuq inizjattiva tas-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex. Dan il-Kumitat jiehu hsieb jaghti pariri ta' kif jistghu jkunu attrezzati ahjar uhud mis-swali biex jitharsu kif inhu xieraq il-bzonnijiet akuti u tinlahaq id-domanda li iktar qed tikber ghas-servizz ta' kura u sahha.
Ix-xoghol ser jigi imwettaq f'zewg fazijiet. Fl-ewwel fazi qed isirtibdil f'sezzjonijiet tal-casualty fejn qabel kien hemm id-Dipartiment tal-Fizjoterapija, sabiex johloq iktar spazju u tizdied l-efficjenza. It-tieni fazi hija l-immodernizzar tad-Dipartiment ta' l-Emergenza nnifsu.
Ix-xoghol li tlesta sa issa huwa ta' tip strutturali, li jinkludis-sistema tal-ossigenu u gass mediku, l-installazzjoni ta' sistema ta' l-elettriku u anke soffitt baxx. Dan id-Dipartiment ser jigi attrezzat tajjeb u b'apparat modern bhalma huma arja ikkondizzjonata, resuscitation couch, monitors, trolley u couches ghal pazjenti. Ix-xoghol hu mahsub li jitlesta sa l-ahhar tas-sena.
Minn zewg treatment rooms ta' emergenza issa ser ikun hemmhamsa, li wahda minnhom tkun tintuza ghall-kazijiet ortopedici. Se tizdied ukoll resuscitation room ohra ma' dik li hemm illum. Hemm mahsub ukoll ufficcju ghat-tobba, waiting area u kamra tal-mistrieh ghall-istaff.
Il-Kumitat, bl-appogg shih tas-Segretarjat Parlamentari ghalGhawdex, qed ihares lejn servizz ahjar u iktar efficjenti lil 10,400 elf pazjent li jidhlu fl-Emergenza ta' l-Isptar Generali ta' Ghawdex kull sena.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-MOBBILTÀ SOSTENIBBLI  Malta Miegħek: Titnieda l-Istrateġija Nazzjonali għaċ-Ċikliżmu 2026–2036

PR261900

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-MOBBILTÀ SOSTENIBBLI Malta Miegħek: Titnied...

Aktar Stqarrijiet Right arrow