Diskussi l-Problemi taz-zghazagh u l-Housing
PR909
16/05/1997
| Il-Ministru ghad-Djar, is-Sur Alfred Portelli, qal li l-Ministeru | tieghu jinsab impenjat biex jeduka liz-zghazagh biex jahsbu minn kmieni ghad-dar futura taghhom. Huwa qal li z-zghazagh ghandhom ukoll japprezzaw li l-art fil-pajjiz hija limitata. |
| Is-Sur Portelli qal dan waqt laqgha li kellu mas-Sur Josef | Buttigieg, ufficjal mill-Kunsill Nazzjonali taz-Zghazagh, li saret fil-Ministeru f'Beltissebh. Din il-laqgha saret bil-ghan li jigu esplorati l-htigiet socjali taz-zghazagh dwar il-qasam tad-djar. |
| Is-Sur Buttigieg, filwaqt li apprezza l-interess tal-Ministru | fil-problemi taz-zghazagh, qal li hemm htiega kbira li l-problemi socjali konnessi mal-qasam tad-djar isiru aktar maghrufa maz-zghazagh. Huwa ghalhekk ippropona li esperti mill-Ministeru jmorru jaghtu lectures fil-kors tal-"Youth Studies" fl-Università. Huwa wera x-xewqa wkoll li tigi organizzata konferenza nazzjonali dwar il-housing u z-zghazagh. |
| Il-Ministru wieghed li kien se jikkonsidra dawn il-proposti. Huwa | sahaq fuq il-htiega li l-Kunsill Nazzjonali taz-Zghazagh jigu 'l quddiem bil-proposti tieghu biex b'hekk il-Gvern ikollu stampa cara tal-htigiet taz-zghazagh fl-aggornament tal-politika tieghu. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261901
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...
PR261900