L-Onor. Joe Cilia izur il-Marsascala Sports Club
PR900
16/05/1997
| Is-Segretarju Parlamentari ghaz-Zghazagh, Sport, Kultura u Arti, l-Onor | Joe Cilia, dan l-ahhar zar il-Marsascala Sports Club f'Wied il-Ghajn. |
| L-Onor Cilia tkellem mal-kumitat fejn gie mgharraf bil-problemi li | ghaddiet minnhom il-pixxina f' dawn l-ahhar snin. Hu gie infurmat bil-progressi li l-kumitat ghamel fl-innovazzjoni u fit-tindif generali li nghatat il-pixxina, li sa ftit ta' snin ilu kienet sejra tinghalaq u titwaqqa. |
| Il-kumitat spjega lill-Onor. Cilia li qed ikollu konkorrenza kbira | minn zghazagh u tfal li qed jippratikkaw l-isport ta' l-ghawm u l-interess li qed ikollhom l-istess genituri tat-tfal fl-Isports Club. Il-kumitat spjega kif fil-futur qarib sejjer ihaddem sistema ta' heating biex dan l-isport jigi pprattikat anke fix-xhur tax-Xitwa. |
| L-Onor Cilia ferah lill-kumitat ta' l-inizzjattiva li ha u tax-xoghol | kbir li ghamel meta fassal image gdida ghal din il-pixxina, li kien hawn min kellu interessi ohra mhux accettabbli dwarha. |
| Is-Segretarju Parlamentari tkellem mal-kumitat dwar it-titli tal-premises | taghhom u avvza lill-kumitat li qed ikollu diskussjonijiet ma' l-Assocjazzjoni ta' l-Ghawm, l-A.S.A., dwar din il-possibiltà. |
| L-Onor Cilia gie mdawwar mal-pixxina fejn seta josserva l-innovazzjonijiet | u t-tindif li sar mill-Kumitat u voluntiera tal-Marsascala Sports Club. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261901
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...
PR261900