Parir ta' l-Avukat Generali dwar il-Kaz ta' Ciro del Negro
PR887
14/05/1997
| Il-gurnal In-Nazzjon fis-17 ta' April 1997 kiteb lill-Prim | Ministru Dr. Alfred Sant biex jitlob li jkollu access ghal taghrif li ghandu l-Gvern dwar it-tnehhija ta' l-exempt status lil Ciro Del Negro moghti lilu mill-ex Prim Ministru Dr. Eddie Fenech Adami fit-3 ta' Marzu 1995. |
| L-Ufficcju tal-Prim Ministru kiteb lill-Avukat Generali Dr. Anthony | E. Borg Barthet dwar it-talba ta' In-Nazzjon. L-Avukat Borg Barthet wiegeb lill-Prim Ministru u qallu li huwa ra l-file ta' l-Expatriate Division ta' l-OPM u files ohrajn tal-Korp tal-Pulizija u ta dan il-parir: |
| "Waqt li jiena ma ghandi xejn kontra li johrog taghrif dwar | is-Sur Del Negro, il-files imnizzlin taht Sezzjoni 47(2) (a) tal-Ligi ta' l-Istampa ma ghandhomx johorgu góaliex jikxfu taghrif riservat minn Awtoritajiet barranin u jippregudikaw l-istharrig tal-Pulizija." |
Il-Prim Ministru qed jimxi mal-parir ta' l-Avukat Generali tar-Repubblika.
| L-Ufficcju tal-Prim Ministru jistqarr ukoll li l-ebda taghrif ma | gie mghoddi lill-ebda gurnalist fl-investigazzjoni dwar il-kaz tad-Djarju ta' Ciro Del Negro. Il-Prim Ministru jichad l-allegazzjoni infondata tal-gurnal In-Nazzjon ta' llum 14 ta' Mejju 1997 li "l-Prim Ministru deherlu li kellu jghaddi bl-aktar mod diskriminatorju f'idejn gurnalist Malti (ittra mibghuta minn Ciro Del Negro lill-Prim Ministru fl-4 ta' Novembru 1996) u johrog dak li jaqbel lill-Partit Laburista." Il-Prim Ministru qed jirriserva d-dritt li jiehu passi legali kontra l-gurnal In-Nazzjon. |
| L-Ufficcju tal-Prim Ministru jikkonferma li fl-4 ta' Novembru 1996 | waslitlu ittra minghand Ciro Del Negro dwar it-trattament li kien inghata mill-Gvern precedenti. |
| Fis-17 ta' Jannar 1997 il-Prim Ministru kiteb lill-Avukat Edgar | Mizzi dwar "id-diversi kazi ta' allegata korruzzjoni, ta' abbuz ta' poter u ta' decizjonijiet amministrattivi importanti li ma ittihdux skond normi ta' responsabbilita', prudenza u accountability serja, kif tqajmu mill-Oppozizzjoni Laburista fis-snin ta' qabel l-elezzjoni ta' Ottubru 1996". |
| Fost dawn kien hemm "l-allegazzjonijiet li kien hemm nies qrib | ta' Ministri tal-Gvern precedenti li kienu nvoluti fit-traffikar tad-droga u l-mod kif dawn l-allegazzjonijiet gew investigati". |
| L-ittra ta' Del Negro u kull korrispondenza li waslet ghand il-Prim | Ministru dwar il-kaz giet mghoddija lill-Avukat Edgar Mizzi ghall-parir professjonali tieghu. |
| Fil-parir tal-kaz klassifikat bhala 'Allegazzjoni ta' konnessjoni | bejn id-droga u Delegazzjonijiet Ministerjali, u qraba u hbieb ta' Ministri u ufficjali tal-Partit Nazzjonalista', l-Avukat Mizzi ta dan il-parir lill-Prim Ministru fl-4 ta' April, 1997: |
| "...huwa l-parir tieghi li l-fatti dwar dan il-kaz iridu jigu | investigati aktar; u li, sew minhabba n-natura ta' dawn il-fatti kemm ghaliex jekk dawn il-fatti jirrizutlaw veri l-objettiv principali ghandu jkun li min kiser il-ligi ghandu jiehu li haqqu, din l-investigazzjoni ghandha ssir mill-Pulizija. Din hija l-organizzazzjoni l-aktar u l-ahjar attrezzata ghal dan il-ghan; u jekk qabel kien hemm xi suspett li l-Pulizija ma mexxietx ghal ragunijiet politici, dan is-suspett illum m'ghadux aktar raguni li jezisti. Ghalhekk ir-rakkomandazzjoni tieghi hija li l-Pulizija tkompli bl-investigazzjoni taghha u li jigu assigurat li dan isir skond il-ligi." |
Stqarrijiet Oħra:
PR261901
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...
PR261900