Left arrow Go Back

Prezentazzjoni ta' basal tal-fjuri mill-Olanda

PR884
Date Icon 13/05/1997
B'rizultat ta' diskussjonijiet li l-Ministru tal-Biedja u Sajd,Noel Farrugia, kellu dan l-ahhar fl-Olanda, biex tinkiseb ghajnuna ghall-progetti li l-Ministeru ghandu f' diversi oqsma, ditta kbira u rinomata Olandiza tal-fjuri, il-Kapiteyn, permezz tar-rapprezentant taghha f' Malta, is-sur Peter Calamatta, ghamlet ghotja ta' diversi tipi ta' basal tal-fjuri ta' varjetajiet differenti. Dawn ser jithawlu f'Howard Gardens, il-gnien ta' San Duminku, il-Barrakka ta' Fuq, il-Barrakka ta' Isfel u Kastilja.
F' hidma biex jitjieb u jissebbah aktar l-ambjent Malti, dan l-ahharil-Ministru Farrugia, waqqaf kumitat apposta li nghata l-isem ta' Urban and Rural Landscaping Committee .Dan il-kumitat diga' beda l-hidma tieghu u qeghdin isiru pjani ta' kif ghandu jtejjeb l-ambjent urban u rurali.
B' hidma serja u b'aktar interess biex jissebbhu u jinghataw dehraahjar id-diversi gonna, pjazez u lokalitajiet ohra f' dawn il-Gzejjer mhux biss jinholoq dehra ta' ambjent isbah, imma anki l-barranin li jzuruna jkunu jistghu japprezzaw aktar l-ambjent ta' pajjizna. Qeghda tigi studjata wkoll il-possibilita' li ghelieqi abbandunati jigu wzati bhala gonna ta' fjuri minn nies ta' l-ibliet li m'ghandhomx l-opportunita' li jgawdu dan fi djarhom.
Il-Kumitat tal-Urban and Rural Landscaping qieghed wkolljistudja kif din il-hidma titwettaq wkoll fuq mumru ta' toroq principali biex dawn jinghataw dehra aktar attraenti, billi jigu msebbha kemm b'sigar adattati u kif wkoll bil-ward, biex hekk jinholoq passagg imhaddar fost il-bliet u l-irhula taghna.
Il-Ministeru qed jappella lill-pubbliku Malti kollu biex jikkoperama' din il-hidma li qieghda issir minn naha tal-Ministeru tal Biedja, billi mhux biss ma jaghmilx hsara lis-sigar jew jaqta' fjuri minn postijiet pubblici, imma li jharishom minn kull tip ta' vandalizmu.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL   Il-Gvern jibda l-implimentazzjoni tal-miżura tal-Manifest Elettorali dwar it-tnissil tan-naħla Maltija u t-tqassim ta’ rġejjen ta’ kwalità għolja

PR261909

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  New ecological garden at De La Salle College brings nature and education together

PR261908en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow