Left arrow Mur Lura

Stqarrija mill-Ministeru tal-Biedja u Sajd dwar l-impatt tad-Dhul ta' Malta fil-Komunita' Ewropea fuq is-settur tal-Biedja

PR882
Date Icon 13/05/1997
B'riferenza ghal dak li ntqal mill-Kap ta' l-Oppozizzjoni u mill-kelliemaNazzjonalisti nhar il-Hadd 4 ta' Mejju 1997, u kif irrapurtat fuq il-mezzi lokali ta' komunikazzjoni, il-Gvern Malti jirrikonoxxi li Malta ghandu jkollha l-ahjar rabtiet ma' l-Unjoni Ewropea. Dan hu l-messagg li l-Gvern wassal b'mod car lill-poplu.
B'danakollu, fl-interess nazzjonali, il-Gvern ma jista' qattiwarrab ir-realtajiet ta' gziritna, realtajiet li jinteressaw, fost oqsma ohra imma b'mod partikulari, lill-biedja u s-sajd.
Il-biedja u s-sajd Maltin ghandhom diversi zvantaggi naturali kbar,li jafhom kulhadd. Dawn il-kundizzjonijiet ixekklu b'mod partikolari l-partecipazzjoni ta' dawn is-setturi fis-suq uniku ta' l-Unjoni Ewropea fejn ir-regoli ta' dan il-blokk japplikaw ghal setturi kbar imma mhumiex daqshekk adatti biex japplikaw ghac-cirkostanzi ta' Malta. Wiehed jista' josserva li anki f'pajjizi kbar ir-regoli tas-Suq Ewropew ixekklu numru kbir ta' bdiewa u rahhala tant li nafu li 80% tal-fondi jmorru ghand 20% biss tal-bdiewa u rahhala waqt li 80% tal-bdiewa u rahhala jibbenefikaw minn 20% biss.
Din hi sitwazzjoni li titlob li Malta tiehu posizzjoni aktar kawtau mhux kif kien originarjament ipprogrammat. Waqt li qabel ma kienitx inhasset il-htiega ta' perijodu ta' transizzjoni ghall-prodotti bhal majjal, tigieg, bajd u nbid, l-ghaqal u s-sens komun igieghluna nahsbu u nagixxu mod iehor.
Fil-fatt, il-Gvern ta' qabel kien inghata pariri fuq pariri minnesperti tal-FAO li bid-dhul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea hafna mis-setturi fil-biedja Maltija kienu jinqerdu ghal kollox bil-kompetizzjoni ta' Suq Wiehed. Dan kien previst li jigri anke fil-kaz li jkun hemm perijodu ta' transizzjoni xieraq. L-esperti tal-FAO ghamluha cara li s-setturi tat-tigieg, bajd, majjal, frott u haxix, fosthom anke l-patata, kienu jispiccaw ghax ma kienux ikunu jistghu jikkompetu qatt mal-prezzijiet ta' prodotti mpurtati minghajr levy, mizura generali li kellha tispicca bil-fors mad-dhul ta' Malta fil-Unjoni Ewropea.
U hawn wiehed jista' jsemmi l-ezempji. Minkejja l-krizi, minhabbamard serju, fis-suq tal-majjal fl-Olanda l-prezzijiet ghadhom tista' tghid irhas minn dawk f'Malta, u dan minkejja li dawn il-prezzijiet sa mill-bidu tas-sena gholew sewwa.
Ghalhekk mill-punt ta' shubija fl-Unjoni Ewropea, is-sitwazzjonighall-biedja Maltija ma tista' qatt tkun sabiha. Hija wkoll preokkupanti ghall-Gvern ghax mhux talli ma sarux il-preparamenti mehtiega mill-amministrazzjoni precedenti, imma l-istess setturi, li ma kienx hemm il-hsieb ghal talba ta' transizzjoni xierqa, huma mfarrka ghall-ahhar
Xi jfisser dan? Ifisser li hafna rahhala u bdiewa jitilfu l-ghixientaghhom darba ghal dejjem barra li, minhabba l-istess effett, il-biedja tispicca minn gziritna.
Ghaldaqstant, kulhadd ghandu jirrealizza li l-ahjar politikaghas-setturi tal-biedja u sajd Malti - fl-interess tas-setturi nfushom u b'mod partikolari ghall-produtturi - hi dik adottata mill-Gvern prezenti. It-tishih ta' dawn is-setturi bhala parti minn zvilupp sostenibbli ta' gziritna, it-titjib u d-diversifikazzjoni ta' prodotti f'diversi linji, u l-esportazzjoni ghal niche markets fl-oqsma ta' l-esportazzjoni bi prezzijiet u arrangamenti li jassiguraw qligh gust lill-bdiewa, rahhala u sajjieda, huma l-linji li rridu nizviluppaw, insahhu u niehdu hsieb.
Dan il-Gvern beda b'success inizjattivi ta' din ix-xorta. Hu sejkompli jsahhah dan bil-hsieb u b'investimenti ghaqlin fl-infrastruttura mehtiega, u b'orjentazzjoni moderna tal-Ministeri u d-Dipartimenti tieghu kollha.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL   Il-Gvern jibda l-implimentazzjoni tal-miżura tal-Manifest Elettorali dwar it-tnissil tan-naħla Maltija u t-tqassim ta’ rġejjen ta’ kwalità għolja

PR261909

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  New ecological garden at De La Salle College brings nature and education together

PR261908en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow