Jiltaqa' l-Kumitat dwar il-Housing ghal Ghawdex
PR881
13/05/1997
| Il-Kumitat Koordinattiv dwar il-Housing ghal Ghawdex, li | kien twaqqaf ftit jiem ilu, ghamel l-ewwel laqgha tieghu fl-ufficcji tas-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex, nhar il-Gimgha li ghaddiet. F'din il-laqgha gie diskuss fost l-ohrajn, it-twaqqif ta' customer care unit fl-Ufficcju ghad-Djar f'Ghawdex u anke l-identifikazzjoni ta' siti fabbrikabbli ghall-bini ta` housing. |
| Dan il-Kumitat kien twaqqaf wara laqgha li l-Ministru ghad-Djar, | is-Sur Alfred Portelli, u s-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex, Dr.Anton Refalo, kellhom fi tmiem ix-xahar li ghadda. |
| Fost l-ghanijiet ewlenin ta' dan il-Kumitat hemm li jikkordina | x-xoghlijiet li jkunu se jitwettqu f'Ghawdex, li jghin fit-twettieq ta' progetti ta' housing f'Ghawdex u biex ihejji programmi bil-ghan li l-Ufficcju ghad-Djar u l-Ufficcju Kongunt f'Ghawdex, ikunu f'pozizzjoni ahjar li jaghtu servizz aktar effettiv lill-pubbliku. |
| Fuq kollox dan il-Kumitat qieghed iservi ta' komunikazzjoni aktar | effettiva bejn il-Ministeru ghad-Djar u s-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex f'dak kollu li jirrigwarda l-identifikazzjoni ta' problemi tal-Housing u s-soluzzjoni taghhom. |
| Il-Kumitat, li huwa presjedut minn Dr. Stefan Buontempo huwa | maghmul ukoll mis-Sinjuri, Michael Grima, Segretarju, Anton F. Attard, Charles Baldacchino u l-Perit Joe Mizzi, membri. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261898
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Malt...
PR261897