Left arrow Go Back

Jiltaqa' l-Kumitat dwar il-Housing ghal Ghawdex

PR881
Date Icon 13/05/1997
Il-Kumitat Koordinattiv dwar il-Housing ghal Ghawdex, likien twaqqaf ftit jiem ilu, ghamel l-ewwel laqgha tieghu fl-ufficcji tas-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex, nhar il-Gimgha li ghaddiet. F'din il-laqgha gie diskuss fost l-ohrajn, it-twaqqif ta' customer care unit fl-Ufficcju ghad-Djar f'Ghawdex u anke l-identifikazzjoni ta' siti fabbrikabbli ghall-bini ta` housing.
Dan il-Kumitat kien twaqqaf wara laqgha li l-Ministru ghad-Djar,is-Sur Alfred Portelli, u s-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex, Dr.Anton Refalo, kellhom fi tmiem ix-xahar li ghadda.
Fost l-ghanijiet ewlenin ta' dan il-Kumitat hemm li jikkordinax-xoghlijiet li jkunu se jitwettqu f'Ghawdex, li jghin fit-twettieq ta' progetti ta' housing f'Ghawdex u biex ihejji programmi bil-ghan li l-Ufficcju ghad-Djar u l-Ufficcju Kongunt f'Ghawdex, ikunu f'pozizzjoni ahjar li jaghtu servizz aktar effettiv lill-pubbliku.
Fuq kollox dan il-Kumitat qieghed iservi ta' komunikazzjoni aktareffettiva bejn il-Ministeru ghad-Djar u s-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex f'dak kollu li jirrigwarda l-identifikazzjoni ta' problemi tal-Housing u s-soluzzjoni taghhom.
Il-Kumitat, li huwa presjedut minn Dr. Stefan Buontempo huwamaghmul ukoll mis-Sinjuri, Michael Grima, Segretarju, Anton F. Attard, Charles Baldacchino u l-Perit Joe Mizzi, membri.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-MOBBILTÀ SOSTENIBBLI  Malta Miegħek: Titnieda l-Istrateġija Nazzjonali għaċ-Ċikliżmu 2026–2036

PR261900

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-MOBBILTÀ SOSTENIBBLI Malta Miegħek: Titnied...

More Press Releases Right arrow