Diskors mill-Ministru Joe Mizzi waqt Konferenza Stampa dwar l-ghajnuna tat-Telemalta b'risq inizjattivi socjali
PR858
09/05/1997
| It-Telemalta, bhala agenzija parastatali li ghandha l-monopolju | tas-suq biex tipprovdi sistema telefonika fil-Gzejjer Maltin, thoss li ghandha obbligu socjali li trodd lura lis-socjeta' parti mill-qliegh li taghmel billi tghin assocjazzjonijiet nazzjonali jew inizzjattivi socjali, kulturali, edukattivi u sportivi. |
| Bhala Ministru responsabbli mit-Telemalta, naqbel li dan l-impenn | ghandu jitkompla u huwa b'dan il-hsieb li jien qed napprova l-inizzjattiva tal-loghba futbol ghal karita' b'risq ghaqdiet filantropici Ghawdex. |
| Il-Gvern impenjat li dwar Ghawdex jaghti attenzjoni bhalma jsir | f'Malta. Il-Korporazzjoni Telemalta ghandha pjan ta' hidma ghal Ghawdex. Hija fost kollox trid li ssib mezz kif tipprovdi facilitajiet bl-istess mod kif ghandha hsieb li ttejjeb l-ambjent tax-xoghol fl-ufficini godda li se tibni fil-Marsa. |
| It-Telemalta ghandha kumitat li gie mwaqqaf specifikament sabiex | janalizza kif ix-xoghol li bhalissa qieghed isir f'Malta, jibda jsir ukoll f'Ghawdex. B'hekk il-haddiema Ghawdxin li bhalissa qeghdin jahdmu f'Malta jkunu jistghu jigu allokati xoghol f'Ghawdex stess. |
| Bhalissa wkoll qed isiru l-ispecifikazzjonijiet sabiex ghal habta | ta' Lulju tohrog it-Tender ghal progett tat-Torri ta' Kenuna. Qed isir ukoll studju geologiku fl-inhawi ta' madwar it-Torri. |
| B'dan irrid infisser li ma' l-impenn socjali, it-Telemalta timpenja | ruhha li tkattar hidmietha fil-qasam infrastrutturali, kif ukoll tkompli toffri servizzi sussidjati bhat-Telecare u b'apparat tat-telekomunikazzjoni ghal persuni bi bzonnijiet specjali. |
| Minbarra rohs li toffri fuq it-Telecare lil min ghandu l-Kartanzjan, | jghix wahdu inkella ghandu l-karta r-roza, it-Telemalta taghti servizz b'rati mrahhsa tat-telefon lill-anzjani li huma fuq l-assistenza socjali u l-karta roza. |
| Li t-Telemalta taghmel qliegh hija kunsiderazzjoni importanti. Imma | l-Korporazzjoni trid li jkollha s-sahha finanzjarja li taghmilha kapaci tizviluppa u |
| tibni infrastruttura li tkun kapaci toffri prodotti skond kif | jixtieq il-konsumatur u kif dettati mill-avvanzi fit-teknologija moderna. |
Other Press Releases:
PR261898
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Malt...
PR261897