Left arrow Go Back

Kumitat konsultattiv jifli l-Wirt Storiku ta' Ghawdex

PR840
Date Icon 07/05/1997
F'laqgha mas-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex Dr.Anton Refalo,il-"Kumitat Konsultattiv Dwar il-Wirt Storiku t'Ghawdex u c-Cittadella" ddiskuta l-iktar bzonnijiet urgenti li ghandhom jigu ndirizzati fil-qasam tal-wirt storiku tal-gzira.
Il-Kumitat gie ffurmat ricentement biex jirrapporta dwar danil-qasam. Huwa jaghraf illi Ghawdex huwa moghni b'monumenti storici li huma patrimonju kbir tal-gzira. Dawn il-postijiet ghandhom ikunu kkurati biex filwaqt li s-sbuhija taghhom ma tithalliex titmermer effett taz-zmien, jigu mharsa minn hsara ohra minhabba nuqqas ta' kontroll fuq gruppi li jzuruhom.
Dr.Anton Refalo qal li l-kumitat huwa wiehed mill-iktar kumitatiimportanti li gew mahtura s'issa fi hdan is-Segretarjat tieghu. Huwa sahaq fuq il-bzonn ta' pjan ta' hidma li jkun jista' jitwettaq bil-ghaqal biex dawk l-oqsma tal-wirt storiku li sal-lum kienu minsija, jigu ndirizzati immedjatament. Fost l-ewwel xoghlijiet li ghandhom jitwettqu hemm it-thejjija ta' inventarju ta' oggetti esebiti fil-muzewijiet tac-Cittadella li sal-lum ma jezistix.
Il-Kumitat ghandu jissuggerixxi wkoll titjib fir-riorganizzazzjonital-muzewijiet t'Ghawdex, xoghol li ghandu jtejjeb il-prezentazzjoni ta' dawn il-postijiet. Xoghlijiet estensivi huma ppjanati wkoll ghall-Mithna ta' Kola fix-Xaghra, li tehtieg restawr immedjat fl-istrutturi ta' l-injam.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL   Il-Gvern jibda l-implimentazzjoni tal-miżura tal-Manifest Elettorali dwar it-tnissil tan-naħla Maltija u t-tqassim ta’ rġejjen ta’ kwalità għolja

PR261909

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  New ecological garden at De La Salle College brings nature and education together

PR261908en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow