Left arrow Go Back

Programm ta' tahrig lil Casual Social Assistants

PR836
Date Icon 07/05/1997
Is-Segretarjat Parlamentari ghall-Anzjani bhalissa ghaddej fuqprogramm ta' tahrig lill-Casual Social Assistants li jghinu fil-qasam ta' l-anzjani. Fil-fatt qeghda tintbghat informazzjoni dwar dan lil dawn il-haddiema koncernati.
Wahda mill-karatteristici importanti fit-tahrig ta' dawn in-nieshija precizament il-flessibilita' f'xoghlhom. Biex dan isehh, kull CSA ser jinghata, fuq bazi volontarja, tahrig f'kull aspett tal-kura ta' l-anzjan, kemm jekk l-anzjani ikunu f'day centre kif ukoll tahrig professjonali ta' kura fi djar ghall-anzjani.
F'dan il-kuntest ta' tahrig qieghed isir programm biex dawn il-CasualSocial Assistants ikollhom access ghal kull forma ta' din il-kura biex l-esperjenza li jkollhom tkun bl-aktar mod wiesgha. Minhabba f'hekk wiehed irid jifhem il-htiega li minn zmien ghal zmien kulhadd ser jinghata l-opportunita' li jkollu dan l-access u kull caqliq, waqt li huwa inevitabbli, jsir fl-ahjar interessi tas-servizz u ta' l-anzjani kollha.
Dan jehtieg li japprezzah kulhadd mhux biss dawk il-carersinvoluti, izda anke l-anzjani nfushom. Jidher car li certi anzjani mid-Day Centre tal-Hamrun din l-istrategjija tajba ghadhom ma fehmuhiex. Jehtieg ikunu jafu li l-Gvern verament ghandu ghal qalbu l-gid ta' l-anzjani kollha bla ebda distinzjoni. Dawn l-anzjani jehtieg joqghodu attenti biex ma jispiccawx jintuzaw biss ta' ghodda f'idejn min ikollu intenzjonijiet personali u mhux l-interess taghhom.
Nixtieq inserrah mohh kulhadd li kull ghan ta' tmexxija f'danil-qasam qeghda ssir fl-interess ta' l-anzjani kollha u fl-interess generali ta' min jiehu hsiebhom b'tant hegga.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL   Il-Gvern jibda l-implimentazzjoni tal-miżura tal-Manifest Elettorali dwar it-tnissil tan-naħla Maltija u t-tqassim ta’ rġejjen ta’ kwalità għolja

PR261909

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  New ecological garden at De La Salle College brings nature and education together

PR261908en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow