Left arrow Mur Lura

Inawgurata wirja artistika b'risq il-Fondazzjoni Eden f'Ghawdex

PR812
Date Icon 03/05/1997
Il-Prim Ministru Dr. Alfred Sant inawgura wirja ta' pittura uskultura imtella' mill-Fondazzjoni Eden f'Victoria, Ghawdex bil-ghan li d-dhul mill-bejgh ta' dawn l-esebiti jmur biex l-istess Fondazzjoni jkollha centru f'Ghawdex ukoll. L-esebizzjoni qed issir f'104 Triq ir-Repubblika u hemm esebiti 250 bicca ta' arti ta' 50 artist Maltin u barranin li offrew ix-xoghlijiet artistici taghhom biex ikunu jistghu jinbieghu f'din l-esebizzjoni.
Il-Prim Ministru rringrazzja lill-artisti li offrew l-ghajnunamaterjali u spiritwali taghhom biex ikunu jistghu jgawdu tfal bi bzonnijiet specjali. Dr. Sant qal li din l-esebizzjoni tissimbolizza l-affinita' bejn il-kultura u l-arti u l-persuni b'dizabilita'.
Il-Prim Ministru tkellem dwar l-importanza ta' l-organizzazzjoninon-governattivi u heggeg lil aktar inizjattivi biex jorganizzaw attivitajiet simili. B'hekk, qal il-Prim Ministru, dawn l-ghaqdiet ikomplu jkabbru l-awtonomija finanzjarja taghhom, waqt li jkomplu jinghataw kull inkoraggiment mill-Istat ghall-inizjattivi taghhom.
Il-Prim Ministru rringrazzja lit-Tabib Josie Muscat tal-hidma blawaqfien tieghu fi hdan l-Fondazzjoni Eden u rringrazzja wkoll lill-mijiet ta' voluntiera f'Malta u f'Ghawdex li jahdmu f'din il-Fondazzjoni.
Prezenti ghal din il-wirja kien hemm l-artisti li offrewix-xoghlijiet artistici taghhom ghal din l-esebizzjoni, ufficcjali tal-Fondazzjoni Eden, l-Avukat Anton Refalo, Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex, il-Perit Karmenu Borg, M.P. u ghadd kbir ta' mistednin minn diversi socjetajiet u ghaqdiet kulturali f'Ghawdex.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI  Malta Miegħek: Investiment ta’ aktar minn €5 miljun f’binja ġdida għall-Qorti tal-Appell Kriminali

PR261898

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Malt...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U SPORT U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR   Taħriġ dwar l-użu tal-klieb fit-terapija u fl-iskejjel b’appoġġ mill-iskema SIS

PR261897

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow