Konferenza Stampa rigward "Il-Fiera tal-Volontarjat"
Il-Ministru Ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarjiet tal-Familja, Dr Michael Farrugia qal li l-volontarjat huwa gest bejn diversi persuni li jghinu u joffru l-hin barrani taghhom u jkunu altuwisti lejn haddiehor.
Huwa qal li-l-ghajnuna lil ghajrna tista' tasal b'diversi modi u ghandna nheggu din it-tip ta' ghajnuna u wkoll ghandna nhallu spazju bizzejjed ghal volontarjat.
Il-Ministru Michael Farrugia heggeg liz-zaghzagh u anke anzjani li jistghu u u jersqu biex jghinu fil-volontarjat.
Huwa qal ukoll li l-fiera hija ntezzjonata sabiex il-poplu jkun infurmat dwar id-diversi ghaqdiet u liema servizzi joffru. Huwa semma kif diversi ghaqdiet volontarji jaghmlu fund raising sabiex mal-ghajnuna li jaghtihom il-gvern izidu l-fondi taghhom.
Il-Ministru Michael Farrugia ssugerixxa li l-ghaqdiet volontarji ghandhom jikkordinaw ix-xoghol bejniethom biex kemm jista' ma jkunx hemm duplikazzjoni tas-servizzi li joffru.
Huwa qal li d-donaturi tad-demm u ta' l-organi huma ukoll volontarji u altru minn hekk ma jezistix razza, religjon, sess etc, u huwa kaz tipiku ta' x'wiehed jista' jaghmel ghal haddiehor, u mhux haddiehor x' jista' jaghmel ghalih innifsu.
Fl-ahhar huwa appella lil-gurnalisti prezenti sabiex in-numru tat-telefon 179 li huwa s-Support Help Line ikollu aktar prominenza fil-gurnali.
Fil-konferenza stampa kien hemm prezenti wkoll is-Sur Alfred Calleja li huwa l-koordinatur tal-fiera, li ta' spjegazzjoni tax-xoghol ta' l-ghaqdiet volontarji u ta' l-agenda tal-Fiera tal-Volontarjat.
Huwa qal li fil-fiera se jkun hemm 'information desk' ghal dawk li jkunu jixtiequ jinghaqdu jew jaghtu xi servizz volontarju.
Il-fiera tal-volontarjat se tkun fit-Trade Fair Grounds in-Naxxar mit-8 sal-11 ta' Mejju 1997.
Stqarrijiet Oħra:
PR261907
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Żjara mill-Mini...
PR261906