Ringrazzjament lill-Ministru George Vella mill-Club Diplomatiku ta' Ginevra
F'ittra li baghat lill-Dr. George Vella, Dominique Follmi, President Anzjan tal-Kunsill ta' l-Istat tar-Repubblika u l-Canton ta' Ginevra, f'isem il-Club Diplomatiku ta' Ginevra u l-Ghaqda Svizzera tal-Politika Barranija, irringrazzja lid-Deputat Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent, ghall-Konferenza li huwa jsejjah bhala "Memorabbli" li ghamel Dr Vella lil Club Diplomatiku, Svizzeru.
Fl-ittra tieghu Dominique Follmi jghid li d-diversi Missjonijiet Permanenti ghall-Gnus Maghquda, kif ukoll il-Mexxejja ta' Organizzazzjonijiet Internazzjonali, apprezzaw hafna id-diskors tad-Deputat Prim Ministru George Vella, kif ukoll l-impenn ta' Malta bil-vizjoni gdida taghha ghat-tkabbir tal-koperazzjoni internazzjonali.
It-traduzzjoni ta' l-ittra ssegwi.
Dr. George W. Vella
Vici Prim Ministru
ghall-attenzjoni ta' l-Eccellenza Tieghu
l-Ambaxxatur M. Bartolo
Ginevra, l-24 ta' April 1997
Ref taghna: DF/vb - 36
Suggett: il-Konferenza tieghek lill-Club Diplomatiku ta' l-Ghaqda Svizzera tal-Politika Barranija
Onorevoli Vici Prim Ministru,
F'isem il-Club Diplomatiku ta' Ginevra u l-Ghaqda Svizzera tal-Politika Barranija, nerga' nirringrazzjak minn qalbi tal-Konferenza memorabbli li pprezentajtilna nhar it-Tlieta 22 ta' April fil-Hotel President Wilson.
Ir-rapprezentanti tad-diversi Missjonijiet Permanenti ghall-Gnus Maghquda, il-mexxejja ta' organizzazjonijiet internazzjonali kif ukoll il-membri taz-zewg assocjazzjonijiet taghna tassew apprezzaw id-diskors tieghek kif ukoll l-impenn ta' Malta f'dil-vizjoni gdida ta' tkabbir tal-koperazzjoni internazzjonali.
Ippermettili nixtieqlek success shih fix-xoghol importanti tieghek.
Nassigurak, Onorevoli Vici Prim Ministru, mill-akbar stima tieghi lejk.
(fft)Dominique Follmi
President
President Anzjan tal-Kunsill ta' l-Istat
tar-Repubblika u l-Canton ta' Ginevra.
Stqarrijiet Oħra:
PR261907
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Żjara mill-Mini...
PR261906