Left arrow Mur Lura

Inawgurati Klinika gdida u Pompa tal-Petrol fid-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi f'Hal Kirkop

PR785
Date Icon 30/04/1997

Klinika tal-First Aid gdida li giet inawgurata llum fid-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi f'Hal-Kirkop ghandha l-ghan li tilqa' fiha haddiema li jwegghu fuq dan il-post tax-xoghol. L-inizjattiva biex titwaqqaf din il-klinika f'qasir zmien, giet mill-Ministru ghax-Xoghlijiet Pubblici u Kostruzzjoni, il-Perit Charles Buhagiar li llum inawgura din il-klinika. Din l-inizjattiva tifforma parti mill-programm tal-Gvern li jwettaq programm shih ghas-sahha u s-sigurta' fuq il-post tax-xoghol.

Ix-xoghol kollu fuq din il-klinika sar mill-haddiema tal-garaxx tal-Gvern ta' Hal-Kirkop. Hemm il-pjan li klinika simili ssir fil-garaxx tal-Marsa.

Ftit qabel l-inawgurazzjoni tal-klinika, il-Ministru Buhagiar fetah ukoll pompa tal-petrol bla comb fl-istazzjon tal-petrol tad-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi gewwa Hal-Kirkop. Dan l-istazzjon tal-petrol jintuza mill-vetturi kollha tal-Gvern. Dan l-ahhar kienet inhasset il-htiega li l-istazzjon jigi mghammar b'pompa tal-petrol bla comb peress li l-magni moderni tal-karozzi tal-llum jaghmluha possibli li jithares aktar l-ambjent.

Dan l-istazzjon gie wkoll fornut b'tinda gdida li giet iddisinjata, maghmula u mwahhla mill-istess haddiema tal-Gvern.

Ic-cerimonja ta' dalghodu taghmel parti mill-attivitajiet fl-okkazjoni ta' l-Ewwel ta' Mejju li gew imhejjija mill-Kumitat Kulturali Socjali li gie mwaqqaf fi hdan il-Ministeru ghax-Xoghlijiet Pubblici u Kostruzzjoni.

Il-Ministru Buhagiar zar ukoll l-esibizzjoni tal-passatempi li giet organizzata mill-haddiema tal-garaxxijiet tal-Gvern tal-Marsa u ta' Hal-Kirkop.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Żjara mill-Ministru Owen Bonnici fil-Kuwajt biex jissaħħu r-relazzjonijiet bilaterali u l-kollaborazzjoni fis-settur tal-akkomodazzjoni

PR261907

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Żjara mill-Mini...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA  Aktar minn 200 tifel u tifla fil-fostering: Appell għal iktar ġenituri biex jidħlu għal din il-missjoni

PR261906

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Aktar minn 200...

Aktar Stqarrijiet Right arrow