Pubblikazzjoni ta' Rapport mill-Kummissjoni ghal tmexxija ahjar fid-Dipartiment ta' l-Outpatients fl-Isptar San Luqa
Il-Ministru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, Dr Michael Farrugia, waqt konferenza ghall-istampa li saret fl-ufficcju tieghu f' St Venera, ippubblika rapport ghal tmexxija ahjar fid-dipartiment ta' l-outpatients fl-iSptar San Luqa.
Huwa qal li dan ir-rapport huwa studju li sar f'dawn l-ahhar gimghat u fih gew imresqa diversi suggerimenti li huma short term u long term biex is-servizz ta' l-outpatients jitjieb konsiderevolment.
Huwa qal ukoll li se jsir xoghol fuq unit costings fl-iSptar San Luqa biex tinghata stampa aktar cara dwar il-finanzjament tas-servizz. Il-Ministru Michael Farrugia qal ukoll li bil-mod, qieghed jibda process tal-Patient Administration System u li biha kemm fl-outpatients u fl-isptarijiet ser ikun hemm access immedjat tar-records tal-pazjenti.
Il-Ministru qal ukoll li qed isir studju biex fl-iSptar San Luqa jkun hemm servizz ta' Day Care Centre biex jattira lil dawk l-impjegati ta' l-iSptar li ghandhom it-tfal.
Il-Ministru Michael Farrugia semma wkoll li bis-sahha tan-nursing aides u paramedic aides in-nurses se jkollhom aktar ghajnuna fix-xoghol taghhom.
Huwa qal li wara l-istudju li sar fuq l-outpatients se jsir iehor fuq id-dipartiment ta' l-emergenza.
Stqarrijiet Oħra:
PR261897
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...
PR261896