Is-Segretarju Parlamentari Anton Refalo jkellem lil dawk li jrabbu n-nahal
Fl-laqgha li kellu s-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex ma' dawk li jrabbu in-nahal fil-Farm Esperimentali tal-Gvern, fix-Xewkija Ghawdex, qal li minkejja li sfortunatament din l-industrija hekk popolari f'Ghawdex giet milquta mil-marda tal-varroa ghan-nofs is-sena 1992, fejn aktar minn nofs in-nahal li kien jitrabba f'Ghawdex miet, is-Segretarjat ghal Ghawdex, b'kollaborazzjoni shiha mad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura huwa impenjat sabiex din l-industrija terga' tqum fuq saqajha.
Ghal dan il-ghan, Dr Refalo qal li ngabu zewg esperti minn Izrael f'Jannar li ghadda u l-Gvern importa ukoll rgejjen mill-istess pajjiz. Dr Refalo wissa kontra it-tahlit tal-ghasel li kemm-il darba gie rrapurtat lid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura, importazzjoni ta' ghasel bil-kimika u ghasel minghajr tikketta.
Dr Refalo zied ighid li jinnota b'dispjacir kif in-numru ta' dawk irregistrati biex irabbu n-nahal naqas b'rata allarmanti. Minn Awissu tan-1992 sa Awissu tan-1996, minn 130 persuni li jrabbu n-nahal, b'1021 frieh tan-nahal, in-numru nizel ghal 71 u 572 rispettivament.
Fl-ahharnett Dr Refalo fakkar fis-servizzi ta' pariri teknici li d-Dipartiment ta' l-Agrikoltura qed joffri b'xejn lil dawk kollha li jinhtiegu, fosthom proceduri sabiex f'Ghawdex ikun hawn wkoll bhal f'Malta servizz ta' dip tank fejn kaxxi infettati b'certu tip ta' mard jigu dizinfettati.
Fil-laqgha gie iffurmat kumitat sabiex ihares u jittratta problemi li qeghdin ihabbtu wicchom maghhom dawk kollha li jrabbu in-nahal. Dr Arnold Grech, Ufficjal mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura ta tahdita fuq it-trobbija tan-nahal u intwera video fuq is-suggett.
Other Press Releases:
PR261907
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Żjara mill-Mini...
PR261906