Il-Ministru Charles Mangion u s-Segretarju Parlamentari Anton Refalo jzuru xoghlijiet fuq toroq fin-Nadur
L-Onor Charles Mangion, Ministru tal-Gustizzja Kunsilli Lokali u l-Onor Anton Refalo, Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex, ittiehdu jzuru xoghol li qed isir fit-toroq ta' madwar it-Torri ta' Kenuna, fin-Nadur Ghawdex, mis-Sindku, is-Sur Joe Camilleri. Ix-xoghol li qed isir f'dawn l-inhawi huwa ta' kisi bit-tarmac minn fond specjali allokati lill-Kunsill.
Wara Dr Mangion u Dr Refalo segwew programm ta' sketches mill-istudenti tad-Drama School u tal-Banda Mnarja mtella' fl-iskola Primarja tan-Nadur. Dr Mangion qassam certifikati u cekkijiet mahruga mill-Kunsill lill-persuni li hadmu biex il-Karnival tan-Nadur kien success.
Fid-diskors ta' l-eghluq, Dr Mangion fahhar l-involviment tal-Kunsill tan-Nadur li qed jaghti lok ghal izvilupp tal-kultura fiz-zghazagh. Dr Mangion irrimarka li l-iskola tan-Nadur tinsab fi stat tajjeb u fakkar li se jsir programm bejn il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u l-Kunsilli Lokali fis-sajf li gej fuq manutenzjoni ta' l-iskejjel biex itejjeb il-livell ta' l-iskejjel tal-Gvern. Ser jitfassal ukoll programm biex, fuq firxa ta' snin, jittrangaw it-toroq.
Stqarrijiet Oħra:
PR261907
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Żjara mill-Mini...
PR261906