Left arrow Go Back

Stqarrija mill-Ministeru ghax-Xoghlijiet Pubblici u Kostruzzjoni

PR743
Date Icon 25/04/1997

B'riferenza ghall-dak li ntqal mill-Onorevoli Austin Gatt, Shadow Minister ghall-Gustizzja u Kunsilli Lokali, fl-istqarrija tieghu tal-23 t'April 1997, fir-rigward tat-tnehhija tal-Local Councils Contracts Unit (LCCU) fi hdan id-Dipartiment tax-Xoghlijiet, ghal darb'ohra l-Ministeru tax-Xoghlijiet Pubblici u Kostruzzjoni itenni li t-tnehhija tal-LCCU ma gabet l-ebda tfixkil la lill-Kunsilli Lokali li kienu jaghmlu uzu minn dan il-Unit u wisq anqas lill-impjegati fi hdan dan il-Unit li baqghu jaghmlu l-istess xoghol taht dipartiment b'isem iehor.

L-iskop ewlieni ghat-tnehhija ta' dan il-Unit kien sabiex dan id-direct labour kollu fi hdan id-Divizjoni tax-Xoghlijiet Pubblici jingabar taht dipartiment wiehed u b'hekk jippermetti aktar flessibilita' fil-mod kif isir ix-xoghol, b'mod partikolari fuq progetti kbar. Ir-rizultat ta' din ir-riforma jista' jarah kulhadd bix-xoghol li qieghed isir f'Bugibba.

Filwaqt li kull Kunsill Lokali ghandu l-ghazla li jaghti l-kuntratti tax-xoghol tieghu lill-min irid, kemm lid-dipartimenti tal-Gvern kif ukoll lill-kumpaniji privati, ix-xoghol ta' resurfacing imsemmi fl-istqarrija qatt ma kien isir mill-LCCU, kif allegat fl-istess stqarrija, imma mid-Dipartiment tat-Toroq. Ghaldaqstant l-allegazzjoni tal-Onorevoli Gatt hija infondata.

Ta' min ifakkar ukoll li l-Gvern ser jaghti bidu ghal skema ta' attachment. Permezz ta' din l-iskema ser jintbaghtu nies li jahdmu mall-Gvern jaghmlu xoghol mall-kunsilli u u b'hekk il-Kunsilli Lokali jkunu jistghu jaghmlu xoghol ta' manutenzjoni regolari b'aktar facilita'. B'dan il-mod ix-xoghol tal-Kunsilli Lokali ser jinghata prijorita u importanza mhux biss bil-kliem imma bil-fatti.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U SPORT U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR   Taħriġ dwar l-użu tal-klieb fit-terapija u fl-iskejjel b’appoġġ mill-iskema SIS

PR261897

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Fi Brussell, il-Ministru Clint Camilleri jinsisti sabiex il-politiki Ewropej jirriflettu r-realtajiet tal-gżejjer

PR261896

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Fi Brussell, il-Ministru Clint Camil...

More Press Releases Right arrow