Left arrow Mur Lura

Il-Ministru tat-Turizmu f'laqghat fi Tripli

PR732
Date Icon 24/04/1997

Delegazzjoni Maltija mmexxija mill-Ministru tat-Turizmu, l-Perit Karmenu Vella, bhala co-Chairman tal-Kummissjoni Mista, telqet minn Malta l-Hadd 20 ta` April ghal Tripli. Id-delegazzjoni Maltija kienet tinkludi fiha ufficjali gholja mill-Ministeru ta` l-Affarijiet Barranin, mit-Tarzna, mis-Sea Malta, mill-Linja ta` l-Ajru Air Malta, mill-Bank Centrali, mill-Metco, mill-Enemalta, mis-suq Malti Libjan (Limsuk), mid-Dipartimenti ta` l-Edukazzjoni u ta` l-Agrikoltura u mill-Libyan Arab Maltese Holding Co.

Il-Kummissjoni Mista Maltija-Libjana ltaqghet fi Tripli bejn it-Tnejn 21 u l-Erbgha 23 ta' April 1997 fejn zammet it-tmintax-il sessjoni taghha.

Minn naha Libjana d-delegazzjoni kienet preseduta mis-Segretarju ghall-Ordni Pubblika, (Intern), Muhammad Mahmoud Al-Hijazi.

Fost ohrajn fi Tripli l-Onorevoli Karmenu Vella kellu laqghat ma`:

Is-Segretarju Libjan ghat-Turizmu, l-Inginier Boukhari Howda

Is-Segretarju Libjan ghat-Trasport u l-Komunikazzjoni, l-Inginier Ezzeddin Al-Hinshiri

Is-Segretarju tal-Finanzi, Dr. Beit Al-Mal

Il-Gvernatur tal-Bank Centrali, Dr. Taher Al-Jhaimi

Ic-Chairman tal-kumpanija tal-Vapuri (GNMTC)

Ic-Chairman tal-kumpanija ghall-Investimenti barra l-Pajjiz, (LAFICO)

Ic-Chairman tal-kumpanija nazzjonali taz-Zejt (NOC)

Ic-Chairman tal-kumpanija ta` l-Ajru Libjana, (Libjan Arab Airlines)

It-tahdidiet kemm tal-Ministru kif ukoll fil-livell ta` sotto-kumitati saru f'atmosfera kordjali ta` hbiberija u fiducja reciproka. Saru diskussjonijiet dwar xiri u provvista taz-zejt ghal Malta, esportazzjoni ta` prodotti ghal Limsuk, xoghol ghat-Tarzna, investiment bi shab, kummerc, ko-operazzjoni bejn banek, turizmu, agrikoltura u sajd, u edukazzjoni. Iz-zewg nahat lahqu ftehim dwar hlasijiet dovuti lil Malta u kif dawn jistghu jithallsu f'qasir zmien. Intlahaq ukoll ftehim ghal ordnijiet ohra ghal Limsuk u kif wiehed jista` jsolvi l-kwistjoni tal-vapur Umm Al-Faroud.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Żjara mill-Ministru Owen Bonnici fil-Kuwajt biex jissaħħu r-relazzjonijiet bilaterali u l-kollaborazzjoni fis-settur tal-akkomodazzjoni

PR261907

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Żjara mill-Mini...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA  Aktar minn 200 tifel u tifla fil-fostering: Appell għal iktar ġenituri biex jidħlu għal din il-missjoni

PR261906

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Aktar minn 200...

Aktar Stqarrijiet Right arrow