Left arrow Go Back

Il-Ministru Charles Mangion jiltaqa' mal-Kunsill Lokali ta' l-Imqabba

PR723
Date Icon 23/04/1997

Fil-laqgha li kellhu mal-Kunsill Lokali ta' l-Imqabba, il-Ministru tal-Gustizzja u Kunsilli Lokali, Dr Charles Mangion, qal li l-lokal ta' l-Imqabba huwa relattivament zghir u popolazzjoni mdaqqsa, pero' ghandu importanza partikolari minhabba l-industriji tal-Barrieri.

Din l-industrija tipprovdi xoghol u investiment lil diversi persuni li joqghodu fil-lokal u ghandhom ghalhekk interess personali li l-industrija tal-bini tissahhah, pero' fl-istess waqt dawn jikkrejaw inkonvenjent.

Ghalhekk huwa utili illi jittiehdu inizjattivi biex dan l-inkonvenjent ikun minimizzat kif ukoll biex jigu utilizzati ahjar il-barrieri mhux uzati, u dan dejjem fil-pjan ta' struttura approvat.

Il-Ministru Mangion tkellem ukoll dwar il-pjan ta' attachment ta' haddiema mal-Kunsilli Lokali filwaqt li dawn l-istess haddiema jibqghu jzommu s-substantive post taghhom.

Dr Charles Mangion ghamel ukoll referenza ghall-arrangamenti Ministeru/Dipartiment ta' l-Edukazzjoni dwar il-manutenzjoni ta' l-iskejjel tal-Gvern, biex dan ix-xoghol essenzjali isir b'mod aktar efficjenti. Dan huwa pass importanti biex l-iskejjel pubblici jissahhu u jitjiebu bil-ghan li jsiru l-aqwa fil-pajjiz.

Dawn l-inizjattivi huma immirati biex ir-rwol tal-Kunsilli jizviluppa b'mod modern u efficjenti. Dan ifisser li mhux biss il-Kunsill jitghabba bir-responsabilita' imma wkoll jinghata l-istrutturi necessarji biex dawn ir-responsabilitajiet ikunu implementati b'mod efficjenti. B'dan il-mod il-process ta' decentralizzazzjoni jkun ta' utilita' ghac-cittadin.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI  Malta Miegħek: Investiment ta’ aktar minn €5 miljun f’binja ġdida għall-Qorti tal-Appell Kriminali

PR261898

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Malt...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U SPORT U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR   Taħriġ dwar l-użu tal-klieb fit-terapija u fl-iskejjel b’appoġġ mill-iskema SIS

PR261897

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow