Delegazzjoni Teknika Maltija dwar il-Protezzjoni Civili fuq zjara fl-Italja
Il-bierah telqet minn Malta ghall-Italja delegazzjoni Teknika Maltija biex flimkien ma' esperti Taljani wara li jigu ezaminati u spezzjonati diversi progetti li jaqghu taht il-Master Plan Malti ghall-Protezzjoni Civili skond il-ftehim bilaterali dwar ir-Raba' Protokol Finanzjarju bejn Malta u l-Italja, jinghata parir lill-gvern Malti dwar liema makkinarju u taghmir jistghu jinxtraw taht dan il-pjan u li jkunu jaqblu ghall-htigijiet Maltin. Il-progetti principali li ser jigu ezaminati huma dawk li jikkoncernaw (a) it-taghmir ghas-sala operattiva ghad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili (b) ix-xiri ta' numru ta' ingenji u makkinarju iehor ghas-sezzjoni tat-tifi tan-nar u salvatagg fuq l-art (c) ix-xiri ta' tliet vapuri godda mghammra bl-iktar taghmir soffistikat biex iservu ghall-protezzjoni u s-salvatagg ta' passigieri fuq ingenji tal-bahar specjalment f'dak li huwa tragitt bejn Malta u Ghawdex. Il-progett kollu huwa stmatt li jqum iktar mas-seba' miljun liri Maltin li jkun irkuprat mill-Gvern Malti taht l-imsemmi Protokol Finanzjarju.
Id-delgazzjoni Maltija hija mmexxija mill-perit Vincent Cassar, Direttur Generali fid-Dipartiment tax-Xoghlijet, u komposta mis-Sur Joe Briffa, Direttur fil-Ministeru tal-Finanzi u Kummerc, is-Sur Joe Micallef, Direttur tal-Protezzjoni Civili, zewg esperti fuq ingenji tal-bahar u espert iehor fuq ingenji tat-tifi tan-nar fuq l-art. Id-delegazzjoni Maltija ser izzur id-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili f'Ruma fejn ser ikollha laqghat preliminari u wara ser taghmel diversi zjarat fi kwartieri u stazzjonijiet ghat-tifi tan-nar fuq l-art. Wara se jsiru zjarat ohra f'tarznari fit-tramuntana tal-Italja biex jigu ezaminati fuq il-post il-proposti Taljani. Id-delgazzjoni Maltija mistennija jigu lura Malta nhar il-Gimgha 25 ta' April meta jigi prezentat ir-rapport finali lill-Gvern Malti. Qabel ma telqet lejn l-Italja d-delegazzjoni Maltija kellha laqgha mal-Ministru Joe Mizzi li huwa ic-Chairman tad-Direttorat ghall-Protezzjoni Civili.
Other Press Releases:
PR261901
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...
PR261900