Hidma biex jissebbah l-Ambjent f'zoni pubblici u turistici
Bil-ghan li jissebbah l-ambjent ta' zoni pubblici u turistici f'pajjizna l-Ministeru tal-Biedja u Sajd waqqaf l-"Urban & Rural Landscaping Board".
Dan il-Bord digà jinsab ghaddej b'numru ta' xoghlijiet biex jistudja kif id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura jista' jippjana u jwettaq dan l-inpenn f'pajjizna.
Dan intqal mill-Ministru Noel Farrugia meta flimkien mal-Kurunell Zucchi, Kap tal-Missjoni Militari Taljana f'Malta, zar numru ta' lokalitajiet zdingati f'Malta biex isiru xoghlijiet kordinati bejn haddiema tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura u tal-Missjoni Militari Taljana.
Huwa heggeg lill-Ghaqdiet Volontarji, specjalment dawk konnessi mal-qasam tal-biedja u ta' l-ambjent, biex jidentifikaw zoni fejn hemm bzonn li ssir hidma f'dan ir-rigward u biex huma stess jidhlu biex iwettqu x-xoghlijiet mehtiega.
Il-Kurunell Zucchi wieghed il-koperazzjoni tieghu u tal-haddiema tal-Missjoni Militari Taljana fil-hidma ta' fejda tal-Ministeru biex jissebbah l-ambjent.
Il-Ministru kompla jghid li d-Dipartiment ta' l-Agrikoltura ghaddej bit-thejjijiet biex fil-gejjieni qarib jkollu mixtla li sservi biex kull perjodu ta' sentejn jew tlieta id-Dipartiment flimkien mal-Kunsilli Lokali jkun jista' jhawwel dawn is-sigar fil-lokalitajiet li jigu rrakomandati mill-Kunsilli Lokali infushom biex jissebbah l-ambjent tal-lokal taghhom.
Stqarrijiet Oħra:
PR261901
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...
PR261900