Left arrow Go Back

Is-Segretarja Parlamentari ghad-Drittijiet tan-Nisa taghmel zjara lil Playschool ta' l-Universita'

PR680
Date Icon 18/04/1997

"It-Tajra Playschool" ghalqet sena mit-twaqqif taghha. Ghal din l-okkazjoni s-Segretarja Parlamentari ghad-Drittijiet tan-Nisa, Helena Dalli, zaret dan ic-centru ta' childcare fl-Universita ta' Malta.

L-Onor Helena Dalli fahhret din l-inizjattiva li toffri appogg lil genituri bi tfal zghar biex ikomplu fix-xoghol u fl-istudji taghhom. Hija qalet li kemm ilu mwaqqaf is-Segretarjat kellha diversi laqghat ma' kumpaniji fejn kien diskuss u nkoraggit it-twaqqif ta' dawn ic-centri ghat-tfal ta' l-impjegati.

Dan is-servizz ghandu jkun parti minn pakkett ta' kundizzjonijiet tax-xoghol li huma mehtiega sabiex il-genituri jkunu jistghu jkomplu bil-hidma taghhom barra d-dar minhabba li c-childcare joffri is-sostenn tant mehtieg ghall-membri tal-familja kollha.

Dawn ic-centri jservu ta' gid ukoll ghal min ihaddem. In-numru ta' haddiema fis-suq tax-xoghol jizdied. Ikun hemm inqas turnover tal-haddiema waqt li l-investiment inizjali li jkun sar fit-tahrig tal-haddiema ma jintilifx. Iz-zieda ta' nisa jahdmu f'kull qasam tas-socjetĂ  jfisser it-thaddim ahjar ta' l-uniku rizors ta' pajjizna - ir-rizors uman.

Bhalissa s-Segretarjat ghaddej b'xoghol fuq progett pilota ghat-twaqqif ta' childcare centre ghat-tfal ta' taht it-tliet snin. Huwa importanti li s-siehba socjali jaghtu sehemhom sabiex dan is-servizz ikun provdut ghall-familji li jehtiguh.

Ms. Dalli awgurat li l-hidma fuq dan ic-centru tkompli tizviluppa u li aktar postijiet tax-xoghol u istituzzjonijiet jimxu fuq l-ezempju moghti mill-Universita ta' Malta.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U SPORT U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR   Taħriġ dwar l-użu tal-klieb fit-terapija u fl-iskejjel b’appoġġ mill-iskema SIS

PR261897

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Fi Brussell, il-Ministru Clint Camilleri jinsisti sabiex il-politiki Ewropej jirriflettu r-realtajiet tal-gżejjer

PR261896

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Fi Brussell, il-Ministru Clint Camil...

More Press Releases Right arrow