Stqarrija dwar tfittxija fuq vizitaturi fil-Habs
Wara l-allegazzjonijiet li saru dwar irregolaritajiet fi tfittxija fuq il-persuna ta' vizitaturi fil-Habs, l-Awtoritajiet tal-Habs ghamlu l-investigazzjoni taghhom.
Irrizulta li t-tfittxija fuq din il-persuna saret fuq suspetti serji li setghu ghaddew oggetti projbiti bejn il-vizitatur u l-prigunier li mar izur. Ir-regolamenti godda tal-Habs jaghtu l-poter lid-Direttur tal-Habs li jista' jordna li ssir tfittxija fuq kull persuna li zzur prigunieri, dan l-aktar fejn ikun hemm suspetti ragonevoli, bhal f'dan il-kaz, li jistghu jinstabu xi oggetti illegali.
B'dan kollu, biex l-allegazzjonijet serji li saru jigu wkoll mistharrga minn entita' indipendenti mill-Awtoritajiet tal-Habs, il-kaz gie mghoddi lill-Bord tal-Vizitaturi tal-Habs biex, skond regolament 103(5) tar-Regolamenti tal-Habs, jistharrguh u jaghmlu r-rakkomandazzjonijiet taghhom lill-Awtoritajiet koncernati.
Stqarrijiet Oħra:
PR261898
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Malt...
PR261897