L-Onor. Anton Refalo iqassam Certifikati lill-istudenti
Fis-Sala tal-Esibizzjonijiet saret il-prezentazzjoni tac-certifikati tal-ITS mis-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex, Dr Anton Refalo, lil 25 student li temmew b'success korsijiet ta' tahrig, fi Preparazzjoni ta' Ikel u Management, organizzati mic-Centru tal-Istitut ghall-Istudji fit-Turizmu, fil-Qala.
Fl-indirizz ta' l-okkazjoni, l-Onor Refalo emfasizza l-importanza tas-settur turistiku ghal Gzejjer ta' Malta u Ghawdex. Dr Refalo qal li it-turizmu huwa l-mutur li jrid imexxi lil pajjizna, u ghalhekk il-Gvern huwa impenjat f'hidma sabiex jattira t-turist ta' kwalita. Il-kelliem kompla jghid li s-Segretarjat tieghu qed jahdem bis-shih biex titjieb l-infrastruttura f'Ghawdex, u b'rizultat ta' dan twaqqaf il-Gozo Action Committee for Tourism ghal bajjiet tax-Xlendi ta' Marsalforn u siti storici.
Dr Refalo fahhar ix-xoghol li qed jaghtu l-ghalliema f'dan l-Istitut ghall-Istudji fit-Turizmu. Dr Refalo qal li xoghol li jsir fuq bazi part-time fil-lukandi u ristoranti mhux rakkonandat. Is-Service Industry trid tiehu spinta 'l quddiem u tkun iktar professjonali. Il-kelliem fakkar fl-importanza u s-sehem li ghandu s-settur privat fis-settur tat-turizmu.
Dr Refalo ferah lill-istudenti ghar-rizultati li kisbu, ghall-fatt li 16 mill-25 student gabu distinction. Dr Refalo awguralhom success fil-karriera taghhom, u jispera li jservu ta' ambaxxaturi u jkunu reklam ghal turizmu ahjar f'Ghawdex.
Kelliem iehor kien is-Sur Teddy Camilleri, Assistent Direttur tal-Istitut, fejn qal li r-rizultati miksuba mill-istudenti Ghawdxin, huma ahjar minn dawk miksuba mill-istudenti Maltin, hu dan ghandu jaghmel unur lil Ghawdex.
Prezenti ukoll ghac-cerimonja kien hemm is-Sur Anton F. Attard, Direttur tal-Customer Care fis-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex, is-Sur Edwin Borg lecturer fl-Istitut u s-Sur George Borg, Principal fil-Ufficcju tat-Turizmu.
Stqarrijiet Oħra:
PR261907
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Żjara mill-Mini...
PR261906