Is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex lura mill-Germanja
Dr Anton Refalo jinsab lura Malta, wara li kien mistieden mid-Direttur tal-Akademie Klausenhof Dr Alois Becker biex jippartecipa fil-ftuh ufficcjali tal-'annex' il-gdida tal-istess Akademie Klausenhof go Rhede il-Germanja.
Fid-diskors li ghamel ghal okkazzjoni tal-ftuh l-Onor Dr Refalo wera is-sodisfazzjon u l-apprezzament ghar-relazzjonijiet tajba li diga jezistu bejn iz-zewg nahat, li bdew kwazi ghoxrin sena ilu fuq l-inizjattiva ta' Monsinjur Isqof t'Ghawdex Nikol Cauchi. Dr Refalo semma kif madwar 350 zghazagh Ghawdxin ibbenefikaw minn dawn il-programmi kulturali ta' bdil organizzati kull sena.
Il-Kelliem fakkar ukoll fis- seminars organizzati mill-Akkademja li ghalihom attendew delegazzjonijiet ufficjali Ghawdxin, fejn gew diskussi diversi suggetti ta' importanza nazzjonali bhal agrikoltura, turizmu, edukazzjoni, ambjent, sahha, kura ta' persuni b'dizabilita, kultura, immanigjar ta' skart, traffiku u sports.
Dr Refalo accenna ukoll ghaz-zjara li kienu ghamlu f'Ghawdex fl-1995, id-Direttur ta' l-Akademie Klausenhof Dr Becker, Mr Meyers u Mr Kruse it-tnejn membri Parlamentari tal-Istat, Mrs Asmann u Mr Bode, li huwa Deputat Sindku, u Kap tal-Amministrazzjoni ta' Rhede.
L-Onor Refalo temm ighid li il-presenza tieghu f'Rhede hija prova cara ta' intenzjonijiet u l-impenn tas-Segretarjat tieghu biex ir-relazzjonijiet ikomplu jissahhu u jitjiebu.
Waqt iz-zjara tieghu l-Onor Refalo kellu tahditiet ma bosta Sindki u membri Parlamentari tar-regjun. Hu kien akkumpanjat mis-Segretarju Privat tieghu is-Sur George Farrugia u mis-Sur John Paul Attard ufficjal fis-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex.
Stqarrijiet Oħra:
PR261907
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Żjara mill-Mini...
PR261906