Left arrow Mur Lura

Malta: forum wahdieni ghal Delegazzjonijiet fuq mejda tat-trattativi

PR640
Date Icon 11/04/1997

"Malta hija forum wahdieni fejn wiehed jista' jgib delegazzjonijiet biex jiehdu sehem madwar il-mejda tat-trattattivi". L-Egizzjani, is-Sirjani, tal-Gordan u l-Israeljani ghandhom opportunita' li jergghu jersqu lejn xulxin l-aktar wara d-decizjonijiet tal-bojkott mil-Lega Gharbija. Dan qalu Manuel Marin li kien qed jitkellem mal-gurnal Germaniz HANDELSBLATT dwar il-qrubija li jistghu jilhqu l-Gharab u l-Israeljani fil-Konferenza Ewro-Mediterranja li se ssir f'Malta l-gimgha d-diehla. Manuel Marin - Vici-President tal-Kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea qal li l-politika Mediterranja ta' l-Unjoni Ewropea li ghandha sena u nofs tat prova li l-pajjizi ta' l-Unjoni Ewropea ghad ghandhom dejn fejn jidhlu il-koncessjonijiet tal-biedja. Marin.

Manuel Marin qal li jrid jithaffef ix-xoghol f'oqsma fejn il-kooperazzjoni Ewro-Mediterranja ghadha mhux tahdem sew u b'mod efficjenti. Marin qal lill-gurnal Germaniz li qed jilmah success fil-fatt biss li l-Konferenza ta' Malta se ssehh. Huwa qal li l-krizijiet ta' dan l-ahhar fil-process tal-Paci fil-Lvant Nofsani kif ukoll it-tensjoni attwali bejn l-U.E. u t-Turkija kellhom bizzejjed potenzjal ta' glied biex iharbtu l-Konferenza ta' Malta.

Marin huwa tal-fehma li l-politika Mediterranja hija progett ta' medda twila taz-zmien. L-Unjoni Ewropea trid issahhah l-ghanijiet taghha b'tishih finanzjarju ta' Lm2.2 biljun sa tmiem l-1999. "L-aktar bilanc favorevoli sa issa jinsab fl-oqsma tal-kooperazzjoni ekonomika u finanzjarja", qal Marin.

Dan il-Kummissjunarju huwa imhasseb minhabba l-imgieba ta' ras iebsa minn naha ta' bosta pajjizi ta' l-Unjoni Ewropea dwar il-prodotti tal-biedja li huma meqjusa bhala 'sensittivi' l-aktar il-patata, ir-ross, il-laring u l-fjuri. Marin jifhem il-frustrazzjoni tas-shab Mediterranji u jzid jghid li "il-Germanja mhix se tirrovina ruhha jekk tixtri aktar eluf ta' tunnellati ta' patata jew fjuri mill-Egittu. L-istess jghodd ghall-Italja u Spanja dwar ir-ross u l-laring.'

Skond Marin ghad ma sar l-ebda progress dwar il-kampanja kontra t-terrorizmu u t-tixrid tad-droga jew dwar l-immigrazzjoni illegali.

Ghandu jkun ta' interess baziku ghall-Ewropej fil-Konferenza ta' Malta "li jittallbu" lil shabhom Mediterranji jifhmuhom aktar.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Żjara mill-Ministru Owen Bonnici fil-Kuwajt biex jissaħħu r-relazzjonijiet bilaterali u l-kollaborazzjoni fis-settur tal-akkomodazzjoni

PR261907

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Żjara mill-Mini...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA  Aktar minn 200 tifel u tifla fil-fostering: Appell għal iktar ġenituri biex jidħlu għal din il-missjoni

PR261906

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Aktar minn 200...

Aktar Stqarrijiet Right arrow