L-Onor. Joe Cilia jiltaqa' ma' rapprezentanti ghal Kultura tal-Kunsilli Lokali Ghawdxin
Is-Segretarju Parlamentari ghaz-Zghazagh, Sport, Kultura u Arti, jrid iwettaq politika fejn taghti spazju lill kull lokalita' sabiex il-kultura partikolari tal-post tizviluppa u titkattar bl-ahjar mod, b'hekk tkun accessibli ghal kull cittadin, u mhux biss ghal xi grupp ta' nies partikolari.
Dan qalu l-Onor. Joe Cilia waqt il-laqgha ma' rapprezentanti ghal kultura fi hdan il-Kunsilli Lokali Ghawdxin, li saret fis-Sala ta' l-Esebizzjonijiet fis-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex. Dr Joe Cilia qal li dawn iz-zjarat tieghu huma pass iehor il-quddiem, u permezz ta' forum bhal dan ikun possibli skambju ta' ideat kif il-kultura, fost affarijiet ohra, tkun tista' timxi 'l quddiem fiz-zewg Gzejjer. Il-Kunsilliera ghandhom ikunu il-makkinarju biex johorgu certu ideat u strutturi fil-qasam kulturali.
Huwa zied jghid li mill-interventi tal-Kunsilliera innota li l-Kultura Ghawdxija hija rikka u ta' importanza nazzjonali. Dr Cilia qal li l-kordinazzjoni u il-"feedback" kontinwu bejn is-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex u l-Kunsilli Lokali huma mportanti, sabiex jizdied l-exposure tal-kultura ghal Ghawdex.
L-Onor. Dr Joe Cilia zar l-istudio ta' l-artist Ghawdxi Paul Camilleri Cauchi. Aktar qabel huwa zar it-Tempji tal-Ggantija u l-Mithna ta' Kola fix-Xaghra. Dr Cilia kellu wkoll laqghat mad-dirigenti tat-teatri ewlenin l-Aurora u l-Astra, fejn gew diskussi materji li jirrigwardaw l-operat taz-zewg teatri.
Stqarrijiet Oħra:
PR261907
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Żjara mill-Mini...
PR261906