Il-Progett ta' Housing f'Pembroke: vetrina ghal progetti simili fil-gejjieni
Il-Ministru tal-Gustizzja u l-Kunsilli Lokali l-Onor Charles Mangion, gie ipprezentat b'rapport dwar is-sistema tan-notifikazzjoni ta' l-atti li tintuza fil-Qrati. Dan ir-rapport thejja minn zewg studenti tal-ligi Daniela Gauci u Deborah Mangion taht id-direzzjoni ta' Dr David Zammit, lecturer fil-Fakulta` tal-Ligi fl-Univerista.
Prezenti ghal din il-laqgha kien hemm ukoll Dr Kevin Aquilina, l-Assistent Registratur tal-Qrati. Dr Zammit spjega li l-ghan tal-progett kien li jintroduci metodi tar-ricerki xjentifici sabiex ir-riformi mehtiega fl-Amministrazzjoni tal-Gustizzja jkunu ibbazati fuq gharfien akbar tal-problemi li jezistu.
Dr Zammit qal li din ir-ricerka saret b'kollaborazzjoni shiha bejn il-Fakulta tal-Ligi ta' l-Universita u r-Registratur tal-Qorti u hemm il-hsieb li 'l quddiem isiru progetti ohrajn ta' din ix-xorta.
Il-Ministru Mangion irringrazzja lill-istudenti ghar-rapport siewi li ghamlu, u filwaqt li sahaq dwar il-bzonn li jsir aktar ricerka ta' din ix-xorta, heggeg inizjattivi simili minn studenti tal-ligi ghax dawn jistghu jghinu fit-titjieb u tishih ta' l-Amministrazzjoni tal-Gustizzja.
Stqarrijiet Oħra:
PR261907
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Żjara mill-Mini...
PR261906