Il-F.O.I. se thejji Rapport dwar is-sehem tal-privat fil-bini ta' djar
It-Taqsima tal-Kuntratturi tal-Bini tal-Federazzjoni ta' l-Industriji mistennija thejji rapport lill-Ministru ghad-Djar dwar il-proposti taghha fuq l-ahjar mod kif is-settur privat jista' jidhol bi shab mal-Gvern dwar bini ta' akkomodazzjonijiet. Dan thabbar waqt laqgha li delegazzjoni minn din it-Taqsima kellha mal-Ministru, is-Sur Alfred Portelli, fil-Ministeru Beltissebh.
Ic-Chairman tat-Taqsima, s-Sur Godwin Micallef, li huwa wkoll il-Vici President tal-Federazzjoni, wera l-apprezzament tal-Federazzjoni ghall-politika tal-Gvern li jrid jaghti l-ispazju kollu mehtieg lis-settur privat f'dan il-qasam socjali li huwa wkoll importanti ghall-ekonomija tal-pajjiz. Din il-laqgha kienet wahda minn sensiela ta' laqghat li l-Ministru qieghed jaghmel mas-settur privat dwar is-sehem taghhom fil-bini ta' akkomodazzjonijiet.
F'diskors li ghamel il-Ministru qal li l-figuri ta' dawk li applikaw ghal akkomodazzjoni alternattiva quddiem id-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Socjali juru li f'Marzu kien hemm 4761 applikant meta ix-xahar ta' qabel din il-figura kienet ta' 4814.
Huwa habbar ukoll li l-Awtorita' tad-Djar 'l quddiem mistennija tohrog numru zghir ta' maisonettes u appartamenti li bdew jinbnew minn Novembru li ghadda 'l hawn.
Fid-diskors tieghu l-Ministru rega' heggeg biex min jiflah ghandu jibni jew jixtri id-dar tieghu huwa stess u rega' stieden lill-banek biex jaghtu aktar pubblicita' dwar l-iskemi ta' house loans li ghandhom. Huwa sostna li biex tittaffa l-problema socjali tal-housing, is-settur privat ghandu jaghti is-sehem kollu tieghu.
Prezenti ghal din il-laqgha kien hemm is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru, is-Sur Alfred Fiorini Lowell, id-Direttur tad-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar, il-Perit Anton Camilleri, il-General Manager ta' l-Awtorita' tad-Djar, is-Sur Victor Sciberras Grioli u l-Konsulent tal-Ministru, Dr. Stefan Buontempo.
Ghall-Federazzjoni kien hemm ukoll is-Segretarju Generali is-Sur Edwin Calleja, is-Sinjuri, Anglu Xuereb ta' A X Holdings, Joe Micallef ta' Attard Brothers Joe Schranz ta'Vassallo Builders u l-Perit Joe Cachia ta' Polidano Group.
Other Press Releases:
PR261907
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Żjara mill-Mini...
PR261906