Jinhatar Kumitat biex ikun iccelebrat Jum il-Wirt Ewropew
Biex jissokta jwettaq il-politika tal-Gvern li jhares u jseddaq il-wirt kulturali ta' pajjizna, il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali se jiccelebra "Jum il-Wirt Ewropew" f'Settembru u Ottubru li gej.
Ghal dan il-ghan il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali, l-Onor.Evarist Bartolo, hatar kumitat apposta biex iniedi kampanja nazzjonali b'ghadd ta' attivitajiet kulturali specjali biex ikabbar l-gharfien u l-apprezzament popolari tal-wirt kulturali Ewropew f'pajjizna.
Il-kumitat, ippresedut, mis-Sur David Caruana, hu maghmul minn nies li diga qed jaghtu kontribut siewi fil-qasam tal-konservazzjoni u t-tigdid tal-wirt kulturali ta' pajjizna. Fost ohrajn, il-kumitat "Jum il-Wirt Ewropew" jinkludi fih il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u Kultura, id-Dipartiment tal-Muzewijiet, l-Art & Design Centre, il-Fondazzjoni Wirt Artna, Din l-Art Helwa, u l-Ghaqda ta' l-Ghalliema ta' l-Istorja.
Din l-inizjattiva li ser ssir flimkien ma' bosta pajjizi ohra ghandha diversi ghanijiet: l-ewwelnett li tkompli trawwem kuxjenza favur il-wirt storiku ta' pajjizna, permezz fost ohrajn ta' kampanji edukattivi u attivitajiet kulturali, biex isir sforz kollettiv halli wirtna jigi mhares u mizmum b'ghozza. Barra minn hekk, isiru attivitajiet kulturali moderni li jwessghu u jaggornaw il-hidma kulturali ta' niesna.
Other Press Releases:
PR261907
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Żjara mill-Mini...
PR261906