L-Onor. Gavin Gulia jkompli biz-zjarat lis-self employed fuq il-post tax-xoghol
Is-Segretarju Parlamentari ghas-Self-Employed, Dr. Gavin Gulia fil-jiem li ghaddew kompla biz-zjarat tieghu lis-sidien ta' negozji zghar fuq il-post tax-xoghol taghhom. Huwa zar is-suq l-antik tal-Belt fejn iltaqa' ma' bejjiegha tal-laham, hut, merca u haxix. Huma ddiskutew kif jistghu jitjiebu l-kundizzjonijiet tax-xoghol taghhom u l-ambjent tal-post ghall-beneficcju tal-bejjiegha nfushom u tal-konsumaturi.
Intant waqt zjarat ohra f' Rahal Gdid, kif ukoll fil-Gzira, Dr. Gulia ltaqa' u tkellem ma' diversi negozjanti. Huwa spjegalhom l-effetti tat-taxxa l-gdida kif proposta fil-Whitepaper, u laqa' minghandhom suggerimenti f'dan ir-rigward. Saru diskussjonijiet dwar in-negozju in generali fosthom il-kompetizzjoni gusta, margini ta' profitti, u ghajnuna finanzjarja u socjali lis-Self-Employed iz-zghir.
Stqarrijiet Oħra:
PR261907
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Żjara mill-Mini...
PR261906