Prezentazzjoni ta' basal tal-fjuri mill-Olanda
Il-hidma li qeghda ssir mill-Urban and Rural Landscaping Section tad-Dipartiment tal-Biedja, qed tinghata l-gharfien minn diversi kumpanniji privati li b'sinjal ta' appogg qeghdin jghamlu ghotjiet li bihom ikun jista' jitkompla jissebbah l-ambjent Malti.
Dan qalu s-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Biedja u Sajd, is-Sur Edward Gauci Borda, meta dalghodu ircieva ghotja ta' diversi tipi ta' basal tal-fjuri ta' varjetajiet differenti, f'isem il-Ministru Noel Farrugia li ma setax jattendi, minghand is-Sur Peter Calamatta, f'isem id-ditta maghrufa Olandiza, Kapiteyn.
Din hi t-tieni ghotja ta' basal tal-fjuri li saret minn din id-ditta, wara l-kuntatti li kienu saru fl-Olanda aktar kmieni din is-sena u wara z-zjara tad-Direttur manigerjali Hans Kapiteyn, f'Malta, f'Lulju li ghadda.
B'hidma serja u b'aktar interess biex jissebbhu u jinghataw dehra ahjar id-diversi gonna, pjazez u lokalitajiet ohra f'dawn il-gzejjer mhux biss jinholoq dehra ta' ambjent isbah, imma anke l-barranin li jzuru Malta jkunu jistghu japprezzaw aktar l-ambjent tal-pajjiz.
Is-Sur Gauci Borda kompla jghid li saret riorganizzazzjoni fil-mixtla ta' Wied Incita, biex ikunu jistghu jigu prodotti numru ferm akbar ta' sigar u xtieli tal-fjuri biex jithawwlu f'postijiet diversi fl-irhula, gonna u toroq ta' Malta.
Dan qed isir biex il-pajjiz jinghata dehra aktar attraenti, b'sigar adattati kif ukoll bil-ward, biex hekk jinholoq pajsagg imhaddar u kulurit fost il-bliet u l-irhula.
Is-Sur Gauci Borda qal ukoll li l-ghotjiet ta' dawn id-ditti lit-Taqsima Urban and Rural Landscaping huwa rizultat tal-fiducja li dawn qed juru f'din il-hidma serja u intensiva ghat-tisbieh tal-bliet, irhula u l-pajsagg Malti.
Huwa temm jghid li l-pubbliku ghandu japprezza din il-hidma billi jhares u jibza' ghas-sigar u appella lill-genituri biex ma jhallux lill-uliedhom jaqtghu il-fjuri li jkun hemm fil-gonna u postijiet ohra li jkunu qeghdin isebbhu dawn il-postijiet.
Stqarrijiet Oħra:
PR261912
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...
PR261911