Prijorita' lill-persuni b'dizabilita' fit-tqassim ta' djar
Il-Ministru ghad-Djar, is-Sur Alfred Portelli, dalghodu zar diversi familji li ghandhom persuni b'dizabilità, li wara snin ta' tbatija, illum qeghdin jghixu hajja ahjar fi djar u appartamenti li gew allokati lilhom mill-Gvern prezenti f'dawn l-ahhar xhur. Ghal dawn il-familji, dar jew appartament aktar accessibbli jkun ifisser bidla ghall-ahjar fil-kwalità tal-hajja taghhom u l-aktar ta' nieshom b'dizabilità, li issa jistghu jibdew jghixu hajja aktar shiha. Il-Ministru zar, fost l-ohrajn, persuni b'dizabilità li gew allokati postijiet addattati f'Birkirkara, f'Santa Lucia, f'San Gwann, fiz-Zejtun, Haz-Zabbar u Wied-il Ghajn.
L-ewwel zjara li ghamel il-Ministru kienet fil-Qasam tad-Djar ta' Birzebbuga, fejn zar lill-familja tas-Sur Joe Bonnici li ghandu tifla ta' 11-il sena, Arielle, bi bzonnijiet specjali u li ghal dawn l-ahhar 10 snin ghex f'appartament flimkien ma' martu u ibnu l-iehor ta' 13-il sena. Biex kien ikun jista' johrog lil bintu s-Sur Bonnici ried kull darba jinzel u jitla' 36 targa. Illum din il-familja nghatat dar f'San Gwann, li ghalkemm mhix accessibbli mija fil-mija, il-Gvern mistenni jkompli jghin biex din id-dar issir facilment accessibbli. Dalghodu, il-Ministru akkumpanja lil Arielle li ttiehdet tara d-dar gdida taghhom f'San Gwann.
Meta kellem lill-gurnalisti, l-Onor. Alfred Portelli qal li l-Ministeru tieghu, fit- tqassim ta' postijiet, qieghed jaghti kull prijorità lill-persuni bi htigijiet specjali. Tant li minn Novembru tal-1996 id-Dipartiment ghall-Akkomodazzjoni Socjali diga' qassam 35 post lill-persuni bhal dawn. Dan kien l-oghla ghadd ta' postijiet li qatt tqassmu f'sena wahda f'dawn l-ahhar sitt snin.
Barra minn hekk l-Awtorità tad-Djar, fl-ahhar zewg hargiet ta' postijiet, jigifieri dawk ta' Lulju u Novembru 1997, holqot kategorija gdida ghall-persuni b'dizabilità. L-Awtorità, infatti, f'dawn iz-zewg hargiet, irriservat 30 post ghall-persuni bi htigjiet specjali.
Il-Ministru qal ukoll li l-Ministeru qieghed jippjana li jibni mal-500 post gdid fuq is-sulari fi blokki ta' appartamenti tal-Gvern, li se jigu fornuti b'lifts apposta biex jigu agevolati persuni b'dizabilita' u anke ohrajn anzjani u morda li qeghdin jghixu prezentement f'dawn il-blokki u ohrajn li jkunu jistghu jigu allokati minn dawn l-appartamenti godda.
Barra dawn iz-zjajjar, il-Ministeru zar ukoll lill-familja tas-Sur Pawlu Grech, li joqghod fil-Qasam tad-Djar tal-Pietà, flimkien ma' martu u z-zewg uliedu, li llum inghata akkomodazzjoni alternattiva temporanja wara li l-bieraht lura nharqitlu d-dar.
Stqarrijiet Oħra:
PR261912
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...
PR261911