Left arrow Go Back

Registrazzjoni ta' Swimming Pools

PR2411
Date Icon 18/12/1997

Il-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta' l-Ilma terga' tavza illi sabiex jigu regolarizzati s-swimming pools kollha ezistenti, is-sidien u/jew l-operaturi tas-sidien tas-swimming pools ghandhom jinfurmaw lill-Korporazzjoni x'inhuma d-daqs u l-ghamla ta' kull swimming pool li hi propjeta taghhom u/jew taht il-kontroll taghhom. Dan ghandu jsir sa mhux aktar tard mill-31 ta' Dicembru, 1997.

Fejn il-bini ta' swimming pools m'ghandhomx suggett ghall-permess ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, l-applikazzjoni ghall-permess sabiex tinbena swimming pool f'residenza privata jew stabbiliment kummercjali issa ghandha ssir direttament mal-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta' l-ilma. It-tariffa ta' Lm15 trid tithallas biex tkopri l-ispejjez amministrattivi.

Il-formoli tar-registrazzjoni jistghu jingabru mill-ufficcju generali tal-Korporazzjoni li jinsab fi Triq Qormi, Luqa. Kull formola trid tigi ccertifikata minn Perit li jrid jipprovdi:-

* Pjanta bis-sit tal-pool (1:2500)

* Pjanta ohra (1:200 - 1:500) li tindika wkoll il-volum tat-tank tar-riserva ta' l-ilma, section u dettalji dwar il- kostruzzjoni tal-pool, b'mod specjali dwar x'sar biex ma jiskulax ilma minnha (water tightness).

Il-Korporazzjoni qed toffri servizz ta' helpline fuq in-numru 234540, mit-Tnejn sal-Gimgha.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Enerġija affordabbli ma teżisti imkien ħlief f’Malta u l-garanzija tagħna tibqa’ prezzijiet tal-enerġija stabbli” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261912

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI

PR261911

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

More Press Releases Right arrow