Il-Ministru Edwin Grech iwieged stqarrija tal-Onor. Prof. Joseph Bonnici
"Il-Ministru góall-Óarsien Soðjali Edwin Grech jiðóad kategorikament li l-Gvern preúenti "hu bil-provi gvern tal-habi", kif allega s-Shadow Minister Nazzjonalista Josef Bonnici fi stqarrija li óareí fit-13 ta' Diðembru 1997.
Anzi huwa il-kelliemi Nazzjonalista li qed jaóbi l-verita' billi qed juri kif bla ebda skruplu mhu ser jieqaf ghal xejn u li hu lest li sahansitra jiccensura taghrif ufficjali basta jasal biex jilhaq l-ghanijiet partiggjani tieghu.
Il- Prof. Bonnici, fl-istqarrija tiegóu, qal li "il-Gvern dan l-ahhar kien qed jghid li mill-1994 kien hemm diskrepanza fl-istatistika dwar in-numru ta' nies jahdmu bi qligh. Izda l-Gvern prezenti kien qed jitkellem b'disonesta' kbira, ghax issa, fi twegiba parlamentari, il-Gvern qed ikollu jammetti li d-diskrepanza ilha gejja mill-Gvern Laburista tas-snin 80. Fi twegiba ghall-Mistoqsija Parlamentari (li qed tkun ippublikata ma' din l-istqarrija) jirrizulta li fl-1986, ic-cifri kienu juru li kien hemm 5,500 ruh jahdmu aktar milli fil-fatt kien hemm. Din id-diskrepanza nizlet ghal 4,100 f'Settembru, 1996."
Huwa propju dan il-kliem li jikxef id-diúonesta' u l-ipokrezija politika tal-Prof. Josef Bonnici. Dan billi fl-istqarrija tieghu Prof. Bonnici iccensura paragrafu shih fit-Tweíiba Parlamentari tiegói Nru. 10436, li kien: "Nixtieq nigbed l-attenzzjoni ta' l-Onor. Interpellant, illi l-informazzjoni kollha, specjalment dik li tirriferi ghas-snin qabel l-1994, sejra tibqa' tigi riveduta kontinwament sakemm l-ezercizzju tal-korrezzjoni fl-Istatistika jispicca kollu." Il-Prof. Bonnici iððensura dan il-paragrafu intenzjonalment biex mingóalih jikkonvinði lil xi óadd li l-Gvern qed ikun diúonest.
Din ic-censura intenzjonata tikxef, jekk qatt kien hemm il-htiega, kemm l-Oppozizzjoni u l-kelliema taghha, anki dawk meqjusa bhala ucuh godda bhall- Prof. Bonnici, ma jiskruplaw xejn li jimmanipulaw l-informazzjoni ufficjali basta jilhqu l-ghanijiet taghhom.
Dan l-agir huwa aktar kundannabbli meta l-Prof. Bonnici suppost jaf, jekk qara sewwa l-Economic Survey ippublikat mal-Budget, li c-cifri riveduti s'issa huma biss l-ewwel fazi ta' ezercizzju estensiv ta' revizjoni ta' l-istatistika li tinsab ghaddejja bih l-ETC.
Hu ghalhekk, totalment inaccettabbli li l-Prof. Bonnici jiccensura taghrif li jerga' jikkonferma li dan l-ezercizzju huwa ippjanat li jestendi lura sena b'sena mill-1994 lura, billi jigu verifikati 230,000 ktieb tax-xogóol, sabiex ikun assigurat li l-pajjiz ikollu taghrif preciz u stampa kemm jista jkun korretta dwar ic-cifri tax-xoghol f'pajjizna ta' dawn l-ahhar 15-il sena.
Imma jidher li ghall-Prof. Bonnici dan kollu mhux importanti. Li hu importanti ghalih u góall-Oppozizzjoni hu li jimmanipula u jiccensura l-informazzjoni ghall-iskopijiet tieghu.
Fl-ahharnett, il-Prof. Bonnici ghandu jiddeciedi jekk hux se jemmen dan l-ezercizzju jew le. Ghaliex f' nifs wiehed qieghed jiftahar li d-diskrepanza fis-snin tmenin, taht Gvern Laburista, kienet akbar minn dik tas-snin disghin, taht Gvern Nazzjonalista, u fl-istess waqt, qieghed jghid li dan l-ezercizzju inissel thassib serju dwar il-verità ta' dawn ic-cifri.
Apparti l-inkonsistenza, il-kontradizzjoni u l-ipokresija fl-argumenti tiegóu, il-Prof. Bonnici qed jahbi l-aktar haga mportanti, fi kliem iehor, li dan l-ezercizzju ilu li beda erba' snin, jigifieri minn zmien Gvern Nazzjonalista. U sal-lum dan l-ezercizzju ghadu qed isir u se jibqa jsir mill-istess nies u bl-istess metodi li kellhom il-fiducja tal-Gvern Nazzjonalista stess.
Forsi l-akbar problema li ghandu l-Prof. Bonnici hija li ma jistax inizzilha li anke l-Gvern prezenti kapaci jzid l-impjiegi u allura l-propaganda mill-Oppozizzjoni dwar suppost stagnar ekonomiku, qed tizvinta.
Other Press Releases:
PR261912
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...
PR261911